22 January 2012

Il-Piż Żejjed fit-Tfal

Inħossni frustrat u inkwetat fuq il-problema tal-obesita’ f’Malta, speċjalment fost it-tfal. Studju ricenti minn Dr Victoria Farrugia Sant’Angelo u Prof Victor Grech juri figuri allarmanti.

Mit-tfal li twieldu f’2001, fis-sena 2007 (meta kellhom 6 snin) 36% kellhom piż żejjed (overweight jew obese); l-istess grupp, fis-sena 2010 (meta kellhom 9 snin), ir-rata telgħet għal 44%. Is-subien agħar mill-bniet, bi 48% - kważi NOFS is-subien ta’ 9 snin huma ħoxnin!

L-istess studju juri li l-problema tal-obeżita’ hi l-akbar f’Għawdex u fit-tfal li jattendu skola pubblika (meta mqabblin ma dawk li jattendu fi skola privata).

Kemm tfal qed ibgħatu emozzjonalment u psikoloġikament minħabba l-ħxuna! X’qed jiġri fis-soċjeta’ tagħna? X’qed isir biex nilqgħu għal din l-epidemija? Il-konsegwenzi għall-futur se jkunu diżastrużi - kemm mill-aspett ekonomiku, biex ma nghidu xejn fuq it-tbatija mill-mard u l-mewt qabel iz-zmien.