Il-Periklu tac-Comb fit-Tfal


Ic-comb huwa valenuz ghal kull parti u organu tal-gisem, specjalment l-mohh u n-nervituri. It-tfal zghar huma aktar suggetti ghall-problemi mic-comb peress li mohhom ghadu qed jizviluppa. Dan jista’ jwassal ghal effett permanenti fuq l-izvilupp fiziku u mentali taghhom.

Is-sintomi jistghu ikunu diversi:
  • Nuqqas ta’ aptit, rimettar, ugiegh ta’ zaqq, kostipazzjoni u telf ta’ piz.
  • Irrittabli, ghejja u telqa.
  • Problemi fl-iskola u t-taghlim.
L-aktar sors ta’ comb hija z-zebgha antika. It-tfal zghar ihobbu jdahhlu kulma jsibu f’halqhom, u fuq perjodu ta’ granet u gimghat, jistghu jibilghu bizzejjed zebgha antika li tikkawza avveliment. Jekk ikunu hemm xi sintomi jew jekk tissuspetta li setghu kielu xi zebgha antika, kellem lit-tabib biex isir test apposta.