21 April 2012

Il-Bidu tal-Waqa' u tal-Fidwa tal-Bniedem

L-inkwiet tagħna beda fir-rieda tal-ewwel bniedem, Adam.
Kellu jippreferi r-rieda t’Alla qabel ir-rieda tiegħu.
Ġħażel li jgħid 'le' għar-rieda tal-Ħallieq biex jagħmel li fettillu.
Min hemm nibtu t-tbatija, ix-xewk, il-kundanna u l-mewt.

Il-fidwa tagħna bdiet fir-rieda ta’ Bin il-bniedem, Ġesù.
Bħall-ewwel bniedem kellu għażla quddiemu.
Għażel ‘mhux kif irrid jien, imma kif trid int.’
Ħa f’idejh  il-kalċi morr tal-għadab t’Alla.
Sofra t-tbatija, libes kuruna tax-xewk, kien ikkundannat u miet ...

Biex kiseb il-ħajja, il-maħfra, kuruna ta’ glorja u ferħ għall-poplu tiegħu -
Għal dawk li bħalu tgħallmu jgħidu, ‘Ikun  dak li  trid Int.’