6 May 2012

Il-Preżenza ta' Kristu fl-Ikla


L-Ikla tal-Mulej hi okkazzjoni li tfakkarna, mhux li Kristu hu assenti, imma li qiegħed magħna, li Ġesu' huwa preżenti mad-dixxipli tiegħu.

Aħna l-evanġeliċi nemmnu li Ġesu huwa fiżikament assenti. Fil-ġisem, Ġesu' qiegħed fis-sema, min fejn għandu jerġa’ jiġi.

Qabel infired mill-appostli u tela' s-sema, Ġesu' ma qalilhomx, 'Ara jien m'għadnix iżjed magħkom.' Anzi, bil-kontra, Ġesu' jwegħdna, 'Ara jien magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.'

Spiritwalment u realment, Ġesu’ qiegħed hawn magħna llum. Qiegħed magħna meta ninġabru f'ismu.  Qiegħed magħna b'mod speċjali meta ninġabru mal-Mejda tal-Mulej għax l-Ikla hi l-kommunjoni tagħna lkoll flimkien miegħu.