L-Indiema: Vera jew Taparsi


It-tweġiba xierqa għall-Evanġelju għandha tkun indiema lejn Alla u fidi fil-Mulej Ġesù Kristu (Atti 20:21).

L-indiema mhux dejjem twassal għall-ħajja. Hemm indiema li ġġib il-ħajja; hemm idiema li twassal għall-mewt. Kif tgħid l-Iskrittura: ‘Is-swied il-qalb kif irrid Alla jġib indiema għas-salvazzjoni ... iżda s-swied il-qalb tad-dinja jġib il-mewt’ (2 Kor 7:10).

Pietru u Ġuda huma eżempji taż-żewġ tipi differenti ta’ indiema. Pietru nidem u għix; Ġuda nidem u ntilef. It-tnejn għarrfu dnubiethom. It-tnejn ammettew ħtijiethom. It-tnejn iddispjaċihom bil-kbir. Imma Pietru dar lura lejn il-Mulej li kien iħobb; waqt li Ġuda ma mar qatt lura għandu. Pietru kien jafda fil-ħniena t’Alla, Ġuda le.

It-tmien tagħhom kien l-oppost għal xulxin. Ġuda iddispra u qatel lilu nnifsu, u ‘bin it-telfien’ mar għall-kastig ta’ dejjem. Pietru reġa’ qam mill-waqa’ u ddedika l-bqija ta’ ħajtu għas-servizz tal-Mulej, u llum qed igawdih fil-glorja.

Tajjeb li kull wieħed minna jistaqsi: Jien indimt? U jekk iva, l-indiema tiegħi twassal għall-ħajja jew għat-telfien?