Rabja għal Rigal

John kien qed jitkellem m’ommu.

‘Inti John ir-rigal ta’ Ġesù għalija,’ qaltlu.

‘Għaliex mela tirrabja miegħi?’ staqsija.

Osservazzjoni tajba – hemm diversi drabi meta jkollha mitt raġun tirrabja meta dan ‘ir-riġal’ diżubbidjenti. Imma hemm drabi oħra meta nirrabbjaw miegħu sforz it-tensjoni u l-għejja li jkollna.

Bħala ġenituri irridu nitgħallmu napprezzaw lit-tfal bħala riġal t’Alla, u ngħożżuhom u ngawduhom aktar, minflok ‘nirrabjaw’ magħhom għal kull ħaġa ta’ xejn. Wara kollox meta nirċievu rigal ma nirrabjawx. Rigal għandu jferraħna u jkebbes fina sens ta' gratitudni.