29 October 2012

Nuqqas ta’ Irqad fit-Tfal


In-nuqqas tal-irqad jaffettwa ħażin kull aspett tas-saħħa tat-tfal.
  • Għejja u burdata ħażina matul il-jum.
  • Imġieba ħażina
  • It-tfal ikunu suġġetti aktar li jweġġgħu
  • Nuqqas ta’ konċentrazzjoni u memorja, u jmorru ħażin l-iskola u fl-eżamijiet.
  • Problemi emozzjoni bħal sintomi ta’ dipressjoni u anzjetà
  • L-iżvilupp fiżiku – nafu li l-growth hormone tiġi secreted waqt l-irqad.
  • Is-sistema immunitarja u għalhekk aktar mard
  • Riskju għola ta’ obeżità u dijabete
It-tfal żgħar għandhom bżonn madwar 11-il siegħa rqad kuljum. Anke siegħa anqas ta’ rqad tagħmel differenza. Huwa importanti li jkun hemm rutina u dixxiplina biex it-tfal jorqdu fil-ħin.