6 March 2013

Kif Tuża l-Inhaler u l-Ispacer


L-inhaler fih mediċina li toħroġ f’forma ta’ spray (‘puff’). L-inhaler m’għandux jitqiegħed direttament fil-ħalq imma għandu jintuża dejjem flimkien ma’ spacer biex iwassal il-mediċina fil-pulmun; b’hekk ikun hemm anqas side effects u l-mediċina tkun ħafna aktar effettiva.

Inhalers
  1. Ir-Reliever huwa l-inhaler blu (salbutamol), u jservi biex itaffi s-sintomi tas-solgħa, qtugħ ta’ nifs u tisfir fis-sider (‘wheezing’). Ir-reliever jintuża meta jkun hemm is-sintomi. Jekk tħoss il-bżonn li tuża r-reliever ta’ spiss jew is-sintomi jmorru għall-għarr, kellem lit-tabib.
  2. Il-Preventer huwa l-inhaler kannella jew isfar (budesonide, beclomethasone) u jservi biex jilqa’ kontra l-mard. Il-preventer jintuża ta’ kuljum anke meta ma jkunx hemm sintomi.
Kif tagħti l-puffs
  1. Ħawwad l-inhaler sew, neħħi t-tapp u daħħlu fl-ispacer.
  2. Fi tfal kbar, żomm tajjeb il-mouthpiece bejn ix-xofftejn (A). Fi tfal żgħar, uża spacer b’facemask. Ara li l-maskla tgħatti l-ħalq u l-imnifsejn, u li hemm siġill tajjeb bejn il-maskla u l-wiċċ (B). 
  3. Agħfas l-inhaler biex titfa’ puff fl-ispacer.
  4. Ħu tlett nifsijiet bil-mod u fil-fond. Fi tfal żgħar għodd mill-wieħed sal-għaxra.
  5. Jekk suppost tieħu żewġ puffs, erġa’ agħfas l-inhaler u ħu tlett nifsijiet oħra.
  6. L-inhaler jista’ jibqa’ mqabbad mal-inhaler (imma tinsiex tħawwad l-inhaler kull meta tużah).
  7. Fit-tfal kbar, laħlaħ il-ħalq bi ftit ilma.
L-ispacer

Aħslu bl-ilma u s-sapun tal-platti darba fix-xahar. Tixxottaħx. Ħallih joqtor sakemm jinxef.