Dehydration

Waqt gastroenterite t-tfal jistgħu jiġu dehydrated, jew jixxottaw mill-ilma. Dan jiġri għax ikunu jitilfu aktar ilma (fir-remettar u dijareja) milli jkunu qed jixorbu.

Is-sinjali ta’ Dehydration

1. Nuqqas ta’ pipi (fit-trabi, in-nappy tkun xotta jew ikun fiha ftit pipi biss; fit-tfal akbar ma jgħaddux pipi fuq perjodu ta’ 6 sigħat).
2. Il-ħalq u l-ilsien jixxottaw, jinxef id-dmugħ u l-ġilda tidher u tinħass xotta.
3. Telqa u ħedla kbira.
4. L-idejn kesħin u n-nifs mgħaġġel huma sinjali ta’ dehydration aktar serja.

Meta Tkellem Tabib

Kellem tabib jekk taħseb li t-tifel qed jixxotta mill-ilma, u f'dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

1. Jekk taħseb li l-kundizzjoni tat-tifel qed tmur għall-agħar.
2. It-tarbija għandha anqas minn sitt xhur.
3. Jekk it-tifel għandu kundizzjoni medika (bħal dijabete, mard tal-qalb jew tal-kliewi).
4. Deni għoli (39°C jew 102°F).
5. Jekk ikompli jirremetti kemm-il darba u ma jżomm xejn.
6. Jekk ikun hemm id-demm mar-rimettar jew koko.
7. Jekk ir-rimettar ikun aħdar.
8. Jekk l-uġigħ ta’ żaqq huwa qawwi ħafna.

Ħafna mit-tfal bil-gastroenterite nieħdu ħsiebhom d-dar, imma f’każ ta’ dehydration u xi problemi oħra, ikun hemm bżonn jiddaħħlu l-isptar għad-drip.