28 August 2013

Kodiċi ta' Etika Kristjan dwar l-Internet

Bħala Kristjan irrid li l-użu tal-Internet ikun ta’ ġid għalija u għall-oħrajn, u ta’ glorja 'l Alla. Għalhekk nagħżel li nżomm dawn il-prinċipj meta nuża l-Internet:

  • Inġib ruħi b'għaqal fir-relazzjonijiet online – għax nagħraf li l-kunfidenzi żejda ma jixirqux, u jistgħu jħarrbtu l-fiduċja u l-fedeltà tiegħi lejn marti/żewġi.
  • Inżur biss siti li jibnu il-ħajja tiegħi fi Kristu – waqt li nevita u naħrab minn dawk il-paġni li huma ta’ tiġrib u tfixkil.
  • Il-kitba tiegħi tkun riflessjoni ta’ Kristu f’ħajti – billi ngħid il-verità b’imħabba biex nibni u ngħin lil oħrajn, u li ma nikteb xejn li bih nista’ ngħarraq it-testimonjanza tiegħi jew il-ġieħ ta’ Kristu, l-evanġelju u l-knisja tiegħu.
  • Nirregola l-ħin online f’bilanċ mal-bqija ta’ ħajti – peress li l-Internet jaf jisraqli ħin prezzjuż li messni ninvestih band’ oħra, fil-familja, il-knisja, xogħol, mistrieħ u speċjalment mal-Mulej fit-talb u l-Iskrittura.
(Adopted from this article)