18 August 2013

Minn fomm it-tfal

Il-Ħadd waqt l-Ikla tal-Mulej John pprova jikkonvinċi lil ommu biex tagħtih biċċa “żgħira” mill-ħobż. L-għada konna l-Barrakka ta’ Fuq qed nieħdu ġelat; John kellu x’jgħidilna.

John: Papa nista’ xi darba nieħu l-ħobż meta nkunu l-knisja?

Jien: Iva, John, meta tikber u tkun taf x’ifisser.

John: Imma jien naf x’ifisser.

Jien: X’ifisser?

John: Bħal meta Ġesu kiel mal-friends tiegħu.

Jien: Imma aħna għalfjen nieklu l-ħobż u nixorbu l-inbid?

John: Mhux biex niftakru li Ġesu miet fuq is-salib għalina!