7 October 2013

Għandi nagħti t-tilqima tal-influwenza lit-tfal?

"Tgħid din is-sena nagħti t-tilqma tal-influwenza lit-tfal?"

Jekk tixtieq tipproteġihom mill-influwenza din ix-xitwa, iva. Jekk tippreferi l-influwenza minn tingiża, le.

"X’nistenna li jiġri jekk nagħti t-tilqima lit-tfal tiegħi?"

1. Mhix garanzija li ma jimirdu b'xejn, li jaqbduhom anqas irjieħat jew li jmorru tajjeb fl-eżamijiet.

2. Jista’ jkollhom ftit deni, ftit għejja u naqra uġigħ f’dirgħajhom għal ġurnata jew tnejn meta jieħdu t-tingiża.

3. Tista’ tevitalhom l-influwenza din ix-xita li ġejja - deni għoli, uġigħ fil-griżmejn, uġigħ ta' ras u ħedla għal diversi jiem.

Id-deċiżjoni f’idejk.

Aktar tagħrif fuq it-tilqima tal-influwenza għat-tfal