19 October 2013

Ktieb: X'Jimportani minn Ġesù?

Dan l-aħħar kien ippubblikat it-tieni edizzjoni bil-Malti ta' ktieb 'Why Bother with Jesus?' miktub minn Michael Green u miġjub għall-Malti minn Paul Mizzi.

Kulħadd jista' jibbenefika minn dan il-ktejjeb, imma speċjalment dawk li m'humiex issoltu jaqraw kotba reliġjużi. Mhux jirriklama xi reliġjon partikolari, imma lill-Mulej Ġesù Kristu, għax fih nistgħu nsibu l-milja tal-ħajja.

Meta fis-suq issib għażla ta’ qabda reliġjonijiet differenti, għalfejn Ġesù Kristu hu hekk speċjali?

‘Dawn huma wħud mill-ħwejjeġ li nfittex f’fidi li tkun kapaċi ssostnini matul ħajti u meta nasal wiċċ imb wiċċ mal-mewt,’ jgħid Michael Green. ‘Trid tkun vera, relevanti u kapaċi tibdel il-ħajja u soċjetajiet sħaħ. Jeħtieġ tkun tissodisfa l-bżonnijiet l-iżjed profondi ta’ rġiel u nisa u trid tkun applikabbli b’appell ugwali għan-nies kollha kullimkien.’

X’Jimportani minn Ġesù? jikkonsidra tnax-il raġuni għala Ġesù jgħaddi t-testijiet ta’ fidi li tkun denja tgħix biha.

Il-ktieb jista' jiġi downloaded jew jinqara online - link

Jekk tixtieq kopja tal-ktieb b'xejn ibgħat ismek u l-indirizz b'email josephmizzi@onvol.net jew b'SMS 79551446, u nibgħatlek kopja bil-posta.