Il-Popcorn

Il-popcorn jista' jkun snack tajjeb. Però irridu noqgħodu attenti x'tip ta' popcorn nieklu.

Popcorn 'air popped' fih 382 kalorija kull 100g; 4g xaħam, u 15g fiber. Imma l-popcorn tal-microwave fih 528 kalorija u 30g xaħam! Barra minn hekk fih 770mg sodium (jew terz tal-melħ li suppost nieħdu f'ġurnata!)

Ikun aħjar nevitaw prodotti kummerċjali u minflok insajjru l-popcorn naturali f'ammont żgħir ta' żejt, mingħajr ma nżidu melħ, u nużaw ftit parmeggiano maħkuk jew xi flavour ieħor.

Tfal taħt l-4 snin ma jistgħux jieklu popcorn peress li faċli jixirqu fih.

Aktar dettalji: link