13 November 2013

Ktieb: L-Aħbar it-Tajba

Dan il-ktejjeb jitkellem dwar l-evanġelju - l-aħbar eċċitanti, sabiħa u tajba mis-sema għalina lkoll. Iżda qabel xejn l-evanġelju jgħarrfek il-qagħda ħatja tiegħek bħala midneb quddiem Alla; iwissik dwar il-ġudizzju finali u l-Infern. Imma dan mhux kollox. Bil-ferħ l-evanġlju iħabbarlek li bil-grazzja t’Alla, Kristu tgħabba bil-kastig dovut lill-midinbin fuqu nnifsu meta miet fuq il-Golgota u kiseb ir-rikonċiljazzjoni, jew ħbiberija dejjiema m’Alla. Bil-merti tiegħu nistgħu nkunu meqjusin bħala ġusti quddiem Alla, l-Imħallef tal-bnedmin kollha. Għaldaqstant jistiednek iddur lejn il-Mulej, illum qabel għada, b’indiema u fiduċja sempliċi ħalli tirċievi maħfra sħiħa u l-ħajja eterna, kif ukoll bl-abbiltà mogħtija minnu titgħallem timxi fil-mogħdijiet ta’ qdusija u mħabba lejn Alla u l-proxxmu.

Awtur Paul Mizzi
Pubblikazzjoni QUM - ISBN:978-99957-0-442-1
Paġni 48

Ixtri kopja online: link