27 January 2014

Chewing gum u l-uġigħ ta' ras

Wieħed mill-kawżi tal-uġigħ ta’ ras fit-tfal u l-adoloxxenti huwa ċ-chewing gum.

Filwaqt li hemm ħafna fatturi (bħat-temp, stress, il-period, kompjuter, sigaretti, alkoħol u ikel bħaċ-ċikkulata u l-ġobon) li jistgħu jikkawżaw l-uġigħ ta’ ras, ir-riċerka turi li ċ-chewing gum jista’ ikun il-ħtija wkoll. Dawk li jħobbu jomgħodu ċ-chewing gum ikunu qed jagħmlu strapazz fuq il-ġogi tax-xedaq u dan iwassal għall-uġigħ ta’ ras.

Il-ġenituri għandhom jieħdu lit-tfal tagħhom għand it-tabib jekk isofru minn uġigħ ta’ ras. Madankollu wieħed ta’ min iwaqqaf iċ-chewing gum għal diversi ġimgħat biex jara jekk l-uġigħ ta’ ras jonqosx jew jitlaq kompletament.