14 March 2014

Tilqim kontra l-meninġite

1. It-trabi u t-tfal m’għandhomx ikunu mċaħħda mill-protezzjoni kontra mard serju bħall-meninġite minħabba l-qagħda ekonomika tal-ġenituri tagħhom.

2. It-tilqim m’għandux ikun obbligatorju imma l-ġenituri għandhom ikunu edukati biex jagħmlu deċiżjoni informata għall-ġid ta’ wliedhom.

3. L-Għaqda Dinjija ta-Saħħa “recommends that inclusion of PCVs (pneumococcus vaccine) be given PRIORITY  in childhood immunization programmes world-wide”

4. Minbarra l-5-in-1 (li tinkludi l-Hib, mikrobu li jikkawża l-meninġite) li diġa’ tingħata b’xejn, għandhom jiżdiedu t-tilqim tan-pneumococcus u l-meningococcus C.

5. Dan ikun ifisser li fis-snin li ġejjin xi tfal jiffrankaw mard serju (bħall-meninġite u pneumonia), u konsegwenzi fit-tul (bħal telf ta’ smiegħ u problemi fl-iżvilupp), u anke jeħislu mill-mewt.

Aktar informazzjoni LINK