7 August 2014

L-ebola

  • L-Ebola hi marda serja kkawżata minn virus, tikkawża tnixxija ta’ demm, u toqtol aktar minn nofs il-persuni infettati.
  • L-Ebola reġgħat tfaċċat f'Diċembru 2013 f'pajjiżi fl-Afrika tal-Punent (Liberia, Sierre Leone, Guinea). Kien hemm ftit każijiet fl-Ewropa u l-Amerika; kollha kellhom kuntatt dirett mal-pazjenti morda bl-Ebola.
  • L-Ebola tittieħet b’kuntatt dirett mal-pazjent jew oġġetti oħra kontaminati bid-'body fluids' (rimettar, dijareja, demm, bżieq u pipi).
  • Persuna li għandha l-virus tal-Ebola imma m’għandhiex sintomi ma tistax tgħaddi l-mard lil ħaddieħor.
  • Is-sintomi jibdew f’daqqa bejn jumejn u tlett ġimgħat wara li l-persuna tkun infettata. Fil-bidu jkun hemm deni, uġigħ u għejja kbira. Aktar tard ikun hemm tnixxija ta’ demm minn partijiet differenti tal-ġisem.
  • Persuni li jaslu Malta qed jintalbu jiddikjaraw jekk kienux f'xi wieħed mill-pajjiżi Afrikani milquta bl-Ebola fit-tlett ġimgħat ta' qabel.
  • Jekk xi ħadd kien f'wieħed mill-pajjiżi milquta bl-Ebola sa 21 ġurnata qabel, u jħossu ma jiflaħx jew bid-deni, m'għandux imur għand it-tabib, l-isptar jew ċentru tas-saħħa. Għandu jibqa' d-dar u jċempel fuq 24/7 helpline (+356) 21324086.
  • Fil-passat kien hemm diversi outbreaks ta’ Ebola u b’xorti tajba ma nfirxux f’pajjiżi oħra. Nittamaw li l-pajjiżi Afrikani jingħataw biżżejjed għajnuna biex l-Ebola tkun kontrollata, u li tinstab kura speċifika u tilqima kontra din il-marda.
  • Ir-riskju li jkollna l-Ebola f’pajjiżna huwa żgħir, imma mhux impossibli minħabba s-safar internazzjonali, u għalhekk għandna nkunu informati u ppreparati biex nilqgħu għal din l-eventwalità mingħajr paniku.
Aktar informazzjoni LINK

07.08.2014; updated 25.10.14.