Tarbija Itella' l-Ħalib

Xi ftit jew wisq it-trabi kollha jtellgħu ftit ħalib. Waqt li tkun tisqiha, waqqafha biex tfewwaqha, u erġa’ fewwaqha fl-aħħar.

Jekk ittella’ ta’ spiss, it-tabib jista’ jirrakkomandalek ħalib speċjali għal din il-problema (AR – anti-reflux, jew Stay Down).

Jekk it-tarbija ttella’ ħafna ħalib, ikun importanti li tintiżen minn żmien għal żmien biex tikkonferma li qiegħda iżżid fil-piż. Xi trabi jibqgħu bit-tendenza li jirremettu (‘reflux’) għall-ħafna xhur, imma l-problema tonqos meta t-tarbija tibda l-ikel.

Jekk it-tarbija tirremetti bis-saħħa (speċjalment jekk qabel ma kinitx ittella’ ħafna), tidher marida, tnaqqas mill-pipì, jew ikollha d-deni, huwa importanti li tkellem lit-tabib tat-tfal mill-ewwel. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tarbija jista' jkollha djuq fil-bokka tal-istonku (pyloric stenosis) jew xi infezzjoni.