8 November 2014

Firda bla bżonn

Kultant inweġġgħu lil xulxin u noħolqu firdiet għax ma noqgħodux attenti għall-attitudni tagħna meta nħossuna offiżi jew ma niżnux il-fatti kollha.

X'iwassal mela biex nikkundannaw lil xulxin għal xejn b'xejn ...
  1. Attitudni ta’ ġlied, forsi għax tkun ilek  iżżomm f’qalbek.
  2. Titkellem jew tikteb f’mument ta’ rabja – ladarba tkun għidt dik il-kelma iebsa, ma tistax tħassarha.
  3. Tiffaċċja lill-persuna l-oħra b’mod aggressiv u goff, minflok ma tmur b’attitudni determinata imma fl-istess ħin ġentili biex tfittex soluzzjoni u ftehim.
  4. Tassumi li t-tort hu kollu ta’ ħaddieħor u li inti stess m’għandek ebda ħtija jew responsabbiltà.
  5. Tgħaġġel wisq, ma tiżinx il-fatti kollha jew ma tħallix lill-ieħor jispjega ruħu sew.
  6. Tagħti l-agħar interpretazzjoni possibli tal-fatti u ma tikkonsidrax tifsiriet alternattivi.
  7. Ma tħallix lok għall-opinjonijiet differenti - mhux kollox hu abjad u iswed, tajjeb jew ħażin; hemm okkażjonijiet li nistgħu naqblu li ma naqblux u nibqgħu ħbieb.