27 September 2015

Talba għall-istudenti

Fil-bidu tas-sena skolastika,
Nitolbu għal uliedna, Mulej.

Lilna l-ġenituri u l-għalliema tagħhom:
Agħtina l-għerf, il-ħniena u s-sabar,
Biex inkunu mudelli u coaches tajbin.

Ħu ħsiebhom it-tfal, u ħarishom, Mulej.
Minbarra l-kitba, il-qari u n-numri,
Ħa jitgħallmu jkunu responsabbli,
Jirrispettaw lil min hu fuqhom,
U jkunu qalbhom tajba ma’ kulħadd.

Nafdaw f’idejk, Mulej,
Lit-tfal li tant inħobbu.

Ammen.

27 ta' Settembru 2015.