Dardir fil-karozza

Hemm tfal li ddardarhom il-karozza. Din hi forma ta’ “motion sickness” u tiġri minħabba li l-moħħ jirċievi informazzjoni konfliġġenti mill-għajnejn u mill-organu tal-bilanċ fil-widnejn.

Ejja nieħdu tifel bilqegħda fuq wara tal-karozza. Mhux iħares ‘il barra mit-tieqa, forsi għax qed jaqra jew jilgħab. Il-moħħ jirċievi informazzjoni mill-widnejn li qed jiċċaqlaq, waqt li mill-għajnejn li mhux miexi. Dan jirriżulta f’dardir, għaraq, telqa u rimettar.

Xi tfal huma aktar suġġetti għal dan il-problema, l-aktar mill- età bejn sentejn u 12-il sena.

PREVENZJONI
  • Għid lit-tifel iħares ‘il barra mit-tieqa, minflok joqgħod jaqra jew jilgħab b’xi logħba elettronika.
  • Tagħtix ħafna ikel qabel il-vjaġġ. L-aħjar xejn jew xi ħaġa żgħira, bħal żewġ crackers u ftit ilma.
  • Ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba, bit-twieqi miftuħin. Tħallix irwejjaħ fil-karozza.
  • Ipprova aljenah billi titkellem miegħu jew bil-kant.
  • Jekk se tagħmel xi vjaġġ fit-tul, it-tabib jista’ jiktiblek mediċini apposta, bħal KwellsKids, li jnaqqsu d-dardir. Aqra’ sewwa l-fuljett ta’ informazzjoni biex tuża d-doża korretta u fil-ħin, u biex tkun taf x’inhuma s-side effects.
Jekk waqt il-vjaġġ it-tifel jibda’ jħossu mdardar, waqqaf il-karozza kemm jista’ jkun malajr, u ħalli t-tifel joħroġ barra u jimxi. Tista’ wkoll tħallih mimdud fuq dahru għal ftit minuti b’għajnejh magħluqin. Biċċa mxarrba fuq moħħu taf tgħin ukoll.

PS Żomm borża għall-lest, wipes u tibdila tal-ħwejjeġ għal li jista' jkun :)