28 February 2016

Lil Ommi

Cetta Mizzi
10.09.27 - 24.02.16
Minn qalbi nirringrazzja ‘l Alla l-Missier għall-għażiża ommi.

Ommi kienet mara għaqlija, bieżla u fuq kollox mara ġeneruża u b’qalb kbira. Sa minn ċkunitha ddedikat ħajjitha għall-qadi ta’ ħaddierħor, mhux lanqas tiegħi u ta’ ħuti, li b’sagrifiċju rabbietna b’tant ħlewwa u għożża.

Illum ommi m’għadhiex magħna. Jibqgħu biss it-tifkiriet sbieħ u l-gratitudni għall-ħidma, l-eżempju u l-imħabbha tagħha.

Meta għidt lit-tifel li n-nanna mietet, John staqsieni: “Papà, qed tibki?” Iva, ibni, nibki. Id-dmugħ hu sinjal tad-dieqa li ġgib magħha l-firda. L-istess dmugħ hu espressjoni ta’ ferħ u tama.

Ommi emmnet u afdat ruħha f’idejn ir-Ragħaj ħanin, il-Mulej Ġesù Kristu, u imxiet warah. Ir-Ragħaj it-Tajjeb ta ħajtu għan-nagħaġ tiegħu; hu ħa ħsiebha matul ħajjitha, kien magħha dejjem imqar fil-wied ta’ dell il-mewt, u wassalha fl-hena ta’ Dar il-Missier.

Nifraħ, iva, għax bħal ma qalet binti Elizabeth, “In-nanna marret ħdejn Ġesù.”