It-tarbija u l-għawm

  • It-trabi u tfal żgħar jieħdu gost jgħumu. L-għawm iservi ta’ eżerċizzju fiżiku wkoll.
  • Wara l-ħlas l-omm aħjar ma tinżilx tgħum imqar għal sitt ġimgħat. It-tarbija tista’ titniżżel tgħum mill-ewwel ġimgħat tal-ħajja.
  • F’Malta hawn diversi swimming classes għat-trabi u toddlers.
  • Jekk it-tarbija għandha anqas minn sitt xhur, l-ilma jrid ikun msaħħan għal madwar 32 grad.
  • Tista' tniżżel it-tarbija tgħum fil-baħar sakemm il-baħar ma jkunx kiesaħ u jkun nadif. Uża sunblock u life vest.
  • It-tarbija titlef is-sħana tal-ġisem malajr u m’għandhiex titħalla fl-ilma għal ħin twil.  Oħroġha mill-ilma qabel turik li qed tiksaħ, ixxottha u ġeżwirha f’xugaman.
  • Tniżżilx it-tarbija tgħum jekk ma tiflaħx jew bid-deni.
  • Tħallix it-tarbija jew toddler weħidhom ħdejn l-ilma jew fl-ilma (id-dar, pool jew baħar). Is-siġurtà għandha tiġi l-ewwel. It-tfal ta' kull età għandhom ikunu taħt superviżjoni kontinwa minn adult responsabbli meta jkunu qed jgħumu jew qrib il-baħar jew pool.
  • Laħlaħ it-tarbija bl-ilma tal-vit (mill-chlorine tal-pool jew mill-melħ tal-ilma baħar) u applika moisturiser, speċjalment jekk it-tarbija għandha ġilda xotta jew jekk tbati mill-eczema.
  • Infeżżjoni fil-kanal tal-widna (otitis esterna) hi komuni wara l-għawm; kellem tabib jekk it-tfal ikollhom uġigħ fil-widna.