7 June 2017

Rakkomandazzjonijiet aġġornati dwar l-ikel għat-tarbija

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew ippubblikati mill-European Society for Paediatric Gastroenterology, Hepatology, and Nutrition (ESPGHAN) fl-2017 (link).

Meta għandu jinbeda l-ikel?
  • L-ikel għandu jinbeda bejn 4 u 6 xhur.
X’ikel għandu jingħata lit-tarbija?
  • Inkludi varjeta sħiħa ta' ikel, b'togħmiet u textures differenti.
  • Il-ħalib tal-baqra jista’ jiżdied mal-ikel f’ammonti żgħar.
  • Ikel allerġeniku (bħal bajd, ħut, u nut protein) għandu jkun parti mid-dieta tat-tarbija.
  • Il-gluten (il-qamħ) għandu jinbeda bejn 4 u 12-il xahar, imma f’ammonti żgħar.
  • Inkludi l-laħam fid-dieta bħala sors ewlieni ta’ ħadid.
  • Iżżidx zokkor jew melħ mal-ikel.
  • Evita meraq tal-frott u xarbiet li fihom iz-zokkor.
Kif għandu jingħata l-ikel?
  • Tibqax toffri ikel mitħun (purè) fit-tul; bejn 8 u 10 xhur ħafna trabi jistgħu jieklu ikel bil-biċċiet.
  • Waqqaf il-flixkun bil-gażaża sa 12-il xahar, u agħti lit-tarbija tixrob minn tazza jew training cup.
  • Waqqaf l-ikla meta t-tarbija turik li xebgħet.
Aktar tagħrif bil-malti dwar l-ikel għat-tarbija (link).