31 December 2017

2018 - Talba

Min jaf x'se jiġrili
Fiż-żmien illi ġej?
X'se jkun is-sehem tiegħi,
Int biss taf Mulej.

Se nkun qed nitbissem
U nidħaq ferħan?
Jew nibki u nolfoq
Mifxul u beżgħan?

Jekk jitla' sħab iswed
U jonfoħ ir-riħ,
Ħallini, nitolbok,
Fi ħdanek nistrieħ.