January 22, 2012

Il-Piż Żejjed fit-Tfal (2)

X'JIKKAWZA L-OBEŻITA' FIT-TFAL

1. Għażla Ħażina ta’ Ikel:

(a) wisq ikel xaħmi bħal fast foods, qali, butir, ċikkulata, crisps, ġelati u pastizzi
(b) wisq patata u ‘refined grains’ bħall-ħobż abjad u dqiq abjad
(ċ) wisq ikel ħelu bħal pasti u kejkijiet, u soft drinks (flixkun luminata fih 10 kuċċarini żokkor)
(d) ftit ħaxix, frott u ċereali integrali.

2. Ikel Żejjed - L-ikel żejjed jiġi minn porzjonijiet kbar, tnaqqir, u drawwiet ħżiena tal-ikel bħal meta t-tfal jaqbżu l-kolazzjon.

3. Nuqqas ta’ Attività Fiżika - ħafna tfal Maltin iqattgħu l-ġurnata bilqiegħda fuq il-bank tal-iskola u bilqiegħda jagħmlu l-homework, quddiem it-TV u l-kompjuter u jilgħabu bil-video game, waqt li ftit li xejn jgħaddu ħin jiġru, jaqbżu, jilagħbu jew jieħdu sehem f’xi sport.

4. Ambjent fil-Familja - It-tfal li għandhom il-ġenituri ħoxnin għandhom tendenza li jkunu ħoxnin bħalhom. Dan ma jiġrix biss minħabba l-ġenetika, imma aktar importanti, minħabba l-ambjent li jgħixu fih u d-drawwiet tal-familja.

5. Fatturi Psikoloġiċi - Xi tfal jieklu żżejjed minħabba stress jew għax m’għandhomx xejn interessanti x’jagħmlu.

6. Problemi Mediċi - Il-kawżi mediċi għall-obiżita huma rari ħafna: (a) ġenetika, bħal Prader-Willi Syndrome; (b) ormonali, bħal Cushing’s Syndrome u hypothyroidism; (ċ) mediċinali, bħal steroids.

0 comments:

Post a Comment