Posts

Showing posts with the label Saħħa tat-Tfal

It-tilqima tal-influwenza għat-tfal

Image
Inħeġġeġ lill-ġenituri jagħtu 'l uliedhom it-tilqima tal-influwenza. It-tilqima hi safe u tħarishom milli jimirdu bl- influwenza matul din ix-xitwa. It-tfal kollha minn 6 xhur 'il fuq huma eliġibbli. It-tilqima tingħata bħala injezzjoni (it-tilqima f'forma ta' sprej mhix disponibbli). Tfal sa 8 snin, jekk ikunu se jieħdu t-tilqima l-ewwel darba, jingħataw żewġ dożi, b'intervall ta' 4 ġimgħat jew aktar bejn l-ewwel u t-tieni doża. Altrimenti tingħata f'darba. Is-side effects huma ħfief: ftit uġigħ fejn tingħata t-tilqima, deni u għejja. Is-side effects idumu għal ġuranta jew tnejn. Il-paracetamol itaffi l-uġigħ u d-deni. It-tilqima tingħata b'xejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u Victoria. Ħu miegħek il-ktejjeb Child's Record Book u l-karta tal-identità tal-ġenitur. M'hemmx bżonn appuntament. Altrimenti, iċċekkja mat-tabib tat-tfal tiegħek jekk tistax tagħtiha għandu/ha. Jien mhux se nagħti t-tilqim tal-influwenza tal-gvern (biex ikolli ħin ...

Id-"duda" tat-tifel

Image
Meta t-tfal subien ikunu għadhom żgħar, il-ġilda li tgħatti r-ras tal-pene (il-prepuzju, foreskin) tkun għadha mwaħħla mar-ras. Dan huwa normali. Maż-żmien, il-ġilda tinfired bil-mod mir-ras tal-pene. Kultant tibda tixxammar meta t-tifel ikollu xi sena, imma sikwit dan iseħħ diversi snin wara, u kultant anke fl-adolexxenza. Dan huwa kollu normali; it-tfal mhux kollha l-istess. Meta dan iseħħ, il-ġilda tkun tista’ tixxammar faċilment u mingħajr ebda uġigħ. Sadanittant tipprovax ixxammar id-duda bi sforz, għax tista’ tikkawża uġigħ, dmija u ġrieħi, u ma tirbaħ xejn; anzi, aktar hemm ċans li toħloq problemi. Pariri Prattiċi Id-duda tat-tarbija u tat-tfal żgħar m’għandhiex bżonn xi kura speċjali. M’hemmx għalfejn tnaddaf fuq ġewwa sakemm tkun għadha ma tixxammarx. Meta l-ġilda tkun bdiet tixxammar, għallem lit-tifel biex jikxef ir-ras, jaħsilha bl-ilma u, wara, jerġa’ jgħattiha. Normalment m’hemmx bżonn sapun taħt il-ġilda; bl-ilma biss biżżejjed. Ara li t-tifel itajjar il-pipì sewwa met...

Kif ngħinu lit-tfal jieqfu jigdmu?

Image
It-tfal żgħar kultant jigdmu lil xulxin fin-nursery, u anke lill-adulti meta jkunu d-dar. Din il-fażi normalment tgħaddi sal-età ta’ 3 jew 4 snin, hekk kif it-tfal jitgħallmu jikkomunikaw aħjar u jikkontrollaw aktar l-emozzjonijiet tagħhom. L-istess nistgħu ngħidu għal imġiba goffa, bħal meta jagħtu bl-idejn fil-wiċċ. Għaliex it-tfal żgħar jigdmu? It-tfal żgħar jistgħu jigdmu għal diversi raġunijiet: ikunu frustrati, irrabjati jew eċċitati; ikunu għajjenin jew bil-ġuħ; ikunu jridu jiddefendu ġugarell jew jeħduh mingħand tifel ieħor; ikunu qed itellgħu s-snien u jħossu skumdità fil-ħanek; ikunu għadhom ma jafux jesprimu bil-kliem dak li jridu jew dak li qed iħossu. X’għandek tagħmel meta t-tifel jew it-tifla jigdmu? Irrispondi minnufih. Tgħajjatx u tirrabjax. Ibqa’ kalm, b’wiċċ serju, u leħen baxx. Inżel għal-livell tiegħu, żommu b’idejk it-tnejn, u ħares dritt f’għajnejh. Għidlu b’ton serju, “Aħna ma nigdmux.” Daqshekk — evita spjegazzjonijiet fit-tul. Waqqfu mill-attività li jkun qed ...

It-Tilqima tal-HPV

Image
Il-Virus HPV (human papilloma virus) jittieħed minn attività sesswali. Ħafna nies li huma attivi sesswalment jiġu infettati b'dan il-virus. Fortunatament ħafna minnhom ma jkollhomx sintomi. Imma xi wħud jiżviluppaw felul ġenitali (genital warts) u xi nisa jiżviluppaw kanċer tal-għonq tal-utru (cervical cancer). L-HPV jikkawża wkoll kanċer fil-warrani, fil-pene u fil-griżmejn. It-Tilqima It-tilqima, Gardasil-9, tipprevjeni infezzjoni minn disa’ forom tal-HPV. It-tilqima tipproteġi kontra l-felul ġenitali kif ukoll il-kanċer tal-għonq tal-utru, u tipi oħrajn ta’ kanċer. Il-protezzjoni ddum fit-tul. It-tilqima ma tagħtix protezzjoni sħiħa kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru u għalhekk xorta waħda għandu jibqa’ jsir screening regolari (pap smear) fit-tfajliet u nisa adulti. Meta Tingħata It-tilqima hi mogħtija b’xejn fis-servizz nazzjonali tat-tilqim lit-tfal kollha, subien u bniet, ta’ 12-il sena. Tingħata f’darbtejn, ta’ 12-il sena u sitt xhur wara. It-tilqima tingħata fiċ-Ċentru tas-...

Il-gastroenterite

Image
Il-gastroenterite hi infezzjoni komuni fl-istonku u l-imsaren. Is-sintomi jinkludu nuqqas ta' aptit, dardir, rimettar u dijarea. Jista’ jkun hemm ukoll uġigħ ta’ żaqq u deni. Ir-rimettar normalment jieqaf wara ġurnata jew tnejn u d-dijarea ddum madwar ġimgħa. Jista’ jkun hemm ukoll sinjali ta’ riħ bħal flissjoni u sogħla. It-tabib jistaqsik diversi mistoqsijiet u jeżamina t-tifel/tifla biex jara jekk hemmx sinjali ta’ dehydration, u jekk hemmx xi sinjali ta’ mard ieħor li jista’ jkun imfixkel ma’ gastroenterite (bħal meninġite u obstruction tal-musrana). Mhux is-soltu jkun hemm bżonn testijiet speċjali. Ħafna tfal jistgħu jiġu kkurati d-dar. Kultant ikun hemm bżonn jiddaħħlu l-isptar għad-dripp għax jixxottaw (dehydration). Jekk ikun hemm id-demm mal-kokò jew is-sintomi jkunu qawwija, jintbagħat kampjun tal-kokò l-laboratorju biex jiġi identifikat il-mikrobu. IL-KURA D-DAR Xorb L-aktar ħaġa importanti fil-kura tal-gastroenterite huwa li t-tifel jingħata jixrob ta' spiss sabie...

It-Tilqima tal-Hepatitis A

Image
X’inhi l-hepatitis A? Il-hepatitis A (bil-Malti, l-epatite A) hija infezzjoni tal-fwied. X’jikkawża din l-infezzjoni? L-epatite A hi kkawżata minn virus (Hepatitis A virus, HAV). Kif tinxtered din il-marda? Il-virus jinxtered minn ikel jew xorb ikkontaminat bl-ippurgar ta’ persuna infettata bil-virus. Dan jista’ jiġri b’diversi modi: Tiekol ikel ippreparat minn xi ħadd li għandu l-virus u li ma ħasilx idejh sewwa wara li uża t-toilet. Tixrob ilma ikkontaminat (inkluż ice cubes). Tiekol frott tal-baħar nej (bħal shellfish) ġej minn ilma mniġġes bid-drenaġġ. Mis-sess jew jekk tkun qrib persuna li għandha l-virus (anke jekk ma jkollhiex sintomi). X’inhuma s-sintomi? Is-sintomi jibdew madwar 4 ġimgħat minn meta tieħu l-virus, u jinkludu għejja, telqa, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, deni, nuqqas ta’ aptit, dardir, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, suffejra, awrina skura, ippurgar ċar, u ħakk fil-ġilda. It-tfal jista’ ma jkollhomx sintomi. Il-marda ddum madwar xaharejn. Konsegwenzi ...

Toilet Training

Image
It-toilet training għandu jinbeda meta t-tifel jew it-tifla jkunu preparati u maturi biżżejjed. Jekk tibda kmieni ħafna, jew fi żmien ħażin (ngħidu aħna meta tkun ġejja tarbija oħra jew waqt li qegħdin iġġorru għal dar ġdida), il-proċess jista’ jkun aktar diffiċli u jieħu aktar fit-tul. Mhux veru li t-toilet training irid jinbeda fis-sajf. (Għas-sempliċità se nitkellem fuq ‘it-tifel’ – imma naturalment l-istess jgħodd għall-bniet). It-tifel ikun lest għall-potty training meta: Idum aktar minn sagħtejn bin-nappy xotta matul il-jum. Jinteressa ruħu meta l-mamà, il-papà jew ħutu jużaw it-toilet. Jibda jiddejjaq bil-ħarqa imxarrba jew maħmuġa. Ikun kapaċi jifhem spjegazzjonijiet sempliċi. Il-parti l-kbira tat-tfal jaqtgħu l-ħarqa matul il-jum bejn sentejn u tlieta; hemm uħud li jirnexxielhom qabel, u ftit oħrajn li jdumu aktar minn tlett snin. Il-bniet jaqtgħu l-ħarqa qabel is-subien. Preparazzjoni Ħalli t-tifel jidħol fil-kamra tal-banju miegħek, u għidlu bi kliem sempliċi x’inti ta...

Paracetamol u Iboprofen

Image
Nużaw żewġ mediċini ewlenin, paracetamol u ibuprofen, biex nikkontrollaw l-uġigħ u d-deni fit-tfal. L-informazzjoni f'dan l-artiklu hi maħsuba għall-ġenituri biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-uża tajjeb u safe tagħhom. Regoli ġenerali Uża s-siringa jew il-kuċċarina li tiġi mal-mediċina biex tkejjel il-mistura b’mod preċiż. Taqbiżx id-doża rakkomandata; tagħtihiex aktar ta’ spiss milli suppost. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk huwa verament bżonnjuż. Id-deni huwa r-rispons normali tal-ġisem għall-infezzjoni u għalhekk m’hemmx għalfejn tagħti mediċina sempliċiment biex tniżżel id-deni. Tagħtix paracetamol qabel it-tilqim. Il-paracetamol huwa ġeneralment l-ewwel għażla għat-tfal. Uża paracetamol jew ibuprofen weħidhom, mhux it-tnejn flimkien. Kultant it-tabib jagħtik parir biex talterna bejniethom, jiġifieri li taqleb minn wieħed għall-ieħor, skont skeda partikolari. Il-mediċina tista’ tingħata bħala mistura jew suppożitorji  skont il-prefernza tal-ġenituri. Il-Paracetamol Jintuża...

Inħarsu t-tfal fis-sajf

Image
Iż-żmien sabiħ tas-sajf iġib miegħu problemi u perikli għat-tfal, speċjalment ix-xemx u l-baħar. Dawn huma ftit ħsibijiet kif nipproteġu 'l uliedna. L-Għawm Sfortunatament f’Malta seħħew diversi inċidenti fejn għerqu tfal fil-baħar u fil-pools. Għandna noqgħodu attenti biex nevitaw traċedji bħal dawn. Meta jkunu ħdejn il-baħar jew pool jew qed jgħumu, it-tfal għandhom ikunu taħt superviżjoni kontinwa tal-ġenituri jew ta’ xi ħadd adult responsabbli. Iridu jkunu taħt għajnejk u fil-qrib biżżejjed biex f’każ ta’ diffikultà tkun tista’ tgħinhom fil-pront. Libbishom trainers sakemm għadhom ma jafux jgħumu sew. Tgħallem kif tagħti l-ewwel għajnuna (CPR). F’Malta jsiru korsijiet qosra ta’ First Aid. Jekk tingħata fil-ħin, l-ewwel għajnuna tista’ tagħmel differenza bejn ħajja u mewt. Għallem lit-tfal jgħumu minn kmieni. Għallem tfal akbar biex ma jaqbżux għal rashom jekk ma jafux kemm hu fond il-baħar (kien hemm tfal li kissru x-xewka ta’ daharhom, baqgħu paralizzati jew mietu għax ħa...

Il-bram u ħut iniggeż

Image
Fil-baħar madwar il-gżejjer Maltin insibu diversi tipi ta' bram. L-iswaba (tentacles) tal-brama huma miksija b’ċelloli jniggżu (nematocytes jew sting-cells). Meta jmissu mal-ġilda, dawn iċ-ċelloli jitfgħu valenu li jikkawża tinġiż, uġigħ, ħmura u nefħa. Naturalment wieħed m’għandux jinżel jgħum jekk ikun hemm il-bram. Madankollu, avolja ma jkunx jidher li hemm il-bram xorta waħda jista' jmissek ix-xorti li tingidem! L-ewwel għajnuna Laħlaħ il-ġerħa bl-ilma baħar (mhux bl-ilma tal-vit); tħokkx il-ġilda biex ma żżidx l-infjammazzjoni.  Jekk ikunu jidhru xi biċċiet, neħħihom b’pinzetta. Jekk l-uġigħ ikun qawwi, tista' tapplika ilma sħun (sa 45°C) għal 20 minuta jew sakemm l-uġigħ jonqos. L-ilma jrid ikun sħun ħafna iżda li tissaportih — attent minn xi samta! Is-sħana tnaqqas l-effett tal-velenu u tnaqqas l-uġigħ. Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk l-uġigħ jippersisti. Tista' tapplika hydrocortisone cream jekk ikun hemm il-ħakk, nefħa jew ħmura. Tużax ħall, baking soda ...

Safar bit-tfal

Image
Trabi Peress li t-tarbija għandha riskju akbar ta’ infezzjonijiet, l-aħjar li ma ssifrux għall-btala qabel tkun ħadet l-ewwel tilqim, jiġifieri sakemm ikollha 4 xhur. Mhux biss, jekk tarbija timrad ta' età żgħira jkollha ċans akbar tiddaħħal l-isptar għall-kura. Tilqim Speċjali Jekk se ssifru barra mill-Ewropa tal-Punent jista’ jkollkom bżonn tilqim speċjali (bħal typhoid, hepatitis u yellow fever) jew mediċina għall-privenzzjoni tal-malarja. Aħseb minn xhur qabel u staqsi fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana (21243314). Nursery School Xi ġenituri ma jibgħatux lit-tfal żgħar in-nursery minn xi ġimgħa qabel il-btala biex ma jimirdux. Idea tajba. It-Titjira It-tfal jista' jħossu xi wġigħ f'widnejnhom minħabba bidla fil-pressjoni tal-arja, l-aktar matul it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan. Redda’ lit-tarbija, agħtiha tixrob jew gażaża. Jekk it-tarbija tkun rieqda tqajjimhiex. Tfal akbar jistgħu isoffu ħelwa jew jomgħodu chewing gum. Ħudu magħkom xi snacks, toy favorit u cray...

Il-ġidri r-riħ

Image
Il-ġidri r-riħ (chickenpox, varicella) hu infezzjoni komuni fit-tfal ikkawżata minn virus (varicella-zoster virus, VZV). Tinxtered faċilment speċjalment jekk it-tfal ikunu flimkien, ngħidu aħna fil-klassi tal-iskola. Normalment il-ġidri hi marda ħafifa imma kultant tkun aktar gravi, b’ħafna ħakk, uġigħ u deni. Ġieli jkun hemm komplikazzjonijiet bħal infezzjoni fil-pulmun, infezzjoni fil-ġilda, u infjammazzjoni fil-moħħ. Waqt it-tqala l-virus jista’ jaffettwa l-iżvilupp tat-tarbija fil-ġuf. Jekk l-omm toħroġ il-ġidri fiż-żmien tat-twelid, it-tarbija tista’ tiżviluppa infezzjoni qawwija ħafna. Tixrid Il-marda tittieħed minn tfal oħra morda bil-ġidri r-riħ u minn adulti li għandhom il-ħruq ta’ Sant'Antnin (shingles). Tixtered mill-arja (għatis jew sogħla), u b’kuntatt mal-ġilda, ħwejjeġ u oġġetti kkontaminati. Il-virus jibda jinxtered minn ġurnata qabel joħorġu l-ewwel ponot u sakemm jinxfu kollha. Sintomi L-ewwel sintomi jibdew bejn għaxart ijiem sa tliet gimgħat minn meta tkun e...

Pinworms (Dud fil-Musrana)

Image
Il-pinworms huma dud irqaq, qishom biċċiet ta’ ħajt, li jinfettaw il-musrana. Din l-problema hi komuni ħafna fit-tfal żgħar. Matul il-lejl id-duda toħroġ mit-toqba tal-patata biex tbid. Dan jikkawża skumdita, ugigħ u ħakk u ġieli jqajjem lit-tfal mir-raqda. Madankollu xi wħud ma jkollhom ebda sintomi. Il-bajd jispiċċaw mal-ħwejjeġ ta’ taħt, fil-lożor u fl-idejn (minħabba l-ħakk, speċjalment taħt id-dwiefer), u mill-idejn jispiċċaw ma’ kull ħaġa li jmissu u mal-ikel. Għalhekk huwa faċli li persuni oħra fil-familja jew fil-klassi jkunu infettati billi jikkontaminaw idejhom u jdaħħluhom f’ħalqhom. Kif tkun taf jekk it-tfal għandhomx id-dud? L-ewwelnett mill-ħakk. Id-dud ġieli jidhru qishom ħjut bojod fit-toqba, speċjalment xi sagħtejn wara l-irqad. Il-bajd ma jidhirx, imma t-tabib jista’ jgħidlek biex twaħħal biċċa tape trasparenti mal-patata l-ewwel ħaġa kif iqumu biex jiċċekkja għall-bajd taħt il-mikroskopju. It-trattament jinvolvi mistura jew pilloli (Vermox) li tingħata f’dar...

L-Aċċessjonijiet tad-Deni

Image
It-tfal żgħar tista' tagħtihom aċċessjoni minħabba d-deni. L-aċċessjoni tad-deni tiġri meta t-tfal ikollhom bejn sitt xhur u sitt snin, imma hi l-aktar komuni fl-età bejn sena u tmintax-iil xahar. Għalkemm tidher tal-biża’, l-aċċessjoni tad-deni s-soltu tgħaddi fi ftit minuti u mingħajr ebda konsegwenzi. Waqt l-aċċessjoni l-ġisem għall-ewwel jibbies; ftit wara jibdew jiċċaqalqu d-dirgħajn u r-riġlejn bla kontroll. It-tifel jista’ wkoll jitniegħed, wiċċu jsir blu għal ftit ħin, u jintilef minn sensih. Dan kollu jdum ftit minuti. Meta tgħaddi l-aċċessjoni, it-tifel jerġa’ jiġi f’sensih, imma wara jista’ jħossu bin-nagħas u jorqod. Madwar 4% tat-tfal ikollhom aċċessjoni tad-deni fi tfulithom. Hemm ċans akbar li t-tfal ikollhom aċċessjoni tad-deni jekk wieħed mill-ġenituri kellu aċċessjonijiet bħal dawn fi tfulitu. It-tfal li kellhom l-ewwel aċċessjoni tad-deni għandhom 30% ċans li f’xi żmien jerġa’ jkollhom aċċessjoni oħra. It-tfal li kellhom aċċessjoni tad-deni ordinarja jiżvilluppaw...

Kemm issaħħan it-tarbija

Image
Sfortunatament ħafna ġenituri Maltin isaħħnu lit-tarbija wisq aktar milli hemm bżonn, b’saffi fuq saffi ta’ ħwejjeġ, kutri, skufja u mittins. Il-povra tarbija tkun tagħli u mxarrba bl-għaraq. Saħansitra l-kamra li jraqqduha fiha jżommuha magħluqa biex “ma tmurx tieħu xi riħ”. Tħossok se tifga f’dak l-għeluq! Anki jekk joħorġuha barra fil-pram, jżidu saff ieħor ta’ ħwejjeġ u jagħlqu l-pram bil-plastik biex żgur tiġi f’serra ta’ sħana u soffokazzjoni. Meta tkun għadha kemm twieldet, il-midwife tixxotta lit-tarbija, tlibbisha ħwejjeġ komdi u skufja f’rasha, u tingħata f’dirgħajn ommha biex ma tiksaħx. Minn hemm ’il quddiem irridu noqogħdu attenti li t-tarbija ma tisħonx iżżejjed. Mhux minnu li t-tarbija għandha tissaħħan “minħabba l-gass”. Din hi ħrafa. Jekk it-tarbija qed tbati mill-colic, m’għandhiex bżonn id-dwejjaq ta’ sħana żejda! (Xi trabi bil-colic jikkalmaw jekk tfisqihom sewwa, imma l-iskop mhux li jissaħħnu.) It-tarbija tħossha skomda jekk tkun sħuna wisq. Jista’ joħroġilha ...

Favism

Image
Meta jibda l-istaġun tal-ful (għal Marzu u April), xi tfal żgħar jiddaħħlu l-isptar minħabba kundizzjoni msejħa favism. L-isem ġej mill-"fava beans" jew "broad beans" – peress li l-ful ma jaqbilx magħhom. Il-favism hi kundizzjoni ġenetika – mhix allerġija għall-ful. Ġeneralment tintiret mill-omm (li tkun carrier) għal uliedha subien. Iċ-ċelloli ħomor tad-demm ikollhom livell baxx tal-enzyme G6PD, u infatti tissejjaħ ukoll G6PD deficiency. Jekk dawn it-tfal jieklu l-ful jew ikel li fih il-ful (bħal kusksu), iċ-ċelloli tad-demm tagħhom jitkissru. Fi żmien qasir isiru pallidi (anemija), u jisfaru (suffejra). Il-pipì tiskura. Jista' wkoll ikollhom nifs mgħaġġel u jintelqu bla saħħa. Meta jiġri hekk ikun hemm bżonn jinġiebu l-isptar, u jekk ikun meħtieġ jingħataw trasfużjoni tad-demm. Wara li tkun ikkonfermata d-dijanjosi b'test tad-demm, minn hemm 'il quddiem ma jkunux jistgħu jieklu ful u ma jkunux jistgħu jieħdu ċerti mediċini. Il-favism mhix kundizzjoni...

It-tfal jixxenqu għall-approvazzjoni tal-ġenituri

Image
It-tfal jixxennqu l-approvazzjoni u t-tifħir tal-ġenituri tagħhom. Bħalma kultant għandhom bżonn minn jikkoreġihom, wisq aktar għandhom bżonn minn jagħmlilhom kuraġġ! Sfortunatament, kultant niskoraġġixxu ’l uliedna bil-kritika u tmaqdir ta’ spiss u esaġerat, waqt li bilkemm infaħħruhom jew nikkomplimentawhom fis-suċċessi tagħhom. Jekk it-tifel iħoss li jagħmel x’jagħmel qatt ma jista’ jikseb l-approvazzjoni tal-ġenituri, ma jibqax jipprova jogħġobhom u jaqta’ qalbu. Hu eħfef nikkritikaw l-aspetti negattivi fl-imġiba u l-karattru, filwaqt li qajla nsemmu l-kwalitajiet tajbin u t-talenti sbieħ. Hu faċli niffokaw fuq il-ħażin u qatt ma ngħidu xejn fuq it-tajjeb. Jekk it-tifel qaleb tazza ħalib fuq il-mejda, inkunu pronti biex inwiddbuh (jekk mhux ukoll ngħajruh kemm hu goff), imma qajla ninnotaw, u wisq anqas infaħħruh, jekk f’xahar sħiħ qatt ma jkun qaleb l-imbierka tazza! Jekk nikkoreġu t-tifla meta tispelli kelma ħażina, m’għandniex infaħħruha għall-għoxrin l-oħra miktuba korrett? Kul...

Il-meninġite fit-tfal

Image
Il-meninġite hi infezzjoni tar-rita madwar il-moħħ. Mhix marda komuni imma tista' tkun serja ħafna. F'Malta kull sena naraw ftit każijiet ta' meninġite fit-tfal. Din l-infezzjoni tista’ twassal għal konsegwenzi fit-tul (bħal telf ta’ smiegħ, aċċessjonijiet u problemi fl-iżvilupp ) u tista’ wkoll tipperikola l-ħajja. Hemm tlett mikrobi (bacteria) ewlenin li jikkaġunaw l-meninġite fit-tfal: (1) Haemophilus influenzae type b (Hib); (2) pneumococcus u (3) meningococcus. Illum għandna tilqim għalihom kollha. Il-meninġite kkawżata mill-viruses mhix marda serja u m'hemmx tilqim għaliha. IT-TILQIM It-tilqim kontra l-forom kollha ta' bacterial meningitis jingħataw b'xejn f'iskeda nazzjonali tat-tilqim. It-tilqim jista' jingħata fiċ-Ċentru tas-Saħħa jew għand it-tabib privat (il-ġenituri jħallsu biss lit-tabib u ma jħallsux għat-tilqim). L-ismijiet tat-tilqim tal-meninġite huma dawn:    1. Pneumococcus — Synflorix jew Prevenar-20.    2. Meningococcus ACWY — Ni...

Is-suppożitorji

Image
Is-suppożitorju huwa mod konvenjenti kif tagħti l-mediċina lit-tarbija u tfal żgħar. F'Malta nużaw suppożitorji tal-paracetamol, diclofenac u prednisolone. Is-suppożitorji għandhom jinżammu fil-friġġ, speċjalment fis-sajf, biex ma jinħallux. Kif tapplika s-suppożitorju    Dejjem iċċekkja li qed tagħti l-mediċina t-tajba u d-doża korretta! Taqsamx is-suppożitorju ħlief bil-parir tat-tabib. Aħsel idejk. Dawwar is-suppożitorju bejn subgħajk għal xi nofs minuta sakemm tħossu jirtab u joħroġ minnu bħal żejt. Dan iservi ta' lubrikant. M'hemmx għalfejn tidilku bil-vażelina jew barrier cream (peress li dawn inaqqsu l-absorption tal-mediċina).  Biex tapplika s-suppożitorju, qiegħed lit-tarbija fuq is-sodda jew nappy changer la ġenba; ara l-istampa (i).  B'id waħda iftaħ il-ħaddejn tal-warrani biex issib it-toqba, u bl-id l-oħra deffes is-suppożitorju għall-ponta (mhux bil-kontra). Imbottah 'l ġewwa b'sebgħek il-werrej biex is-suppożitorju jinġibed 'l ġewwa. Żo...

Id-deni fit-tfal

Image
Fil-Qosor Ħu t-temperatura taħt l-abt (armpit) b'termometru diġitali. Aqra t-temperatura kif tiġi, mingħajr ma żżid jew tnaqqas xejn. Id-deni jibda minn 37.5°C (99.5°F). Id-deni jiġi minn infezzjoni jew it-tilqim; is-snien ma jtellgħux deni. Uża pararcetamol jew ibuprofen jekk it-tifel ikun mdejjaq bid-deni jew uġigħ. Tużax biċċa niedja (tepid sponging) biex tniżżel it-temperatura. Kellem lit-tabib tat-tfal meta t-tifel/tifla jkollu d-deni f'dawn iċ-ċirkostanzi: (1) trabi taħt is-sena; (2) jekk it-tifel jidher marid, ma jiflaħx, jew ikollu xi sintomi (sogħla, uġigħ, nifs mgħaġġel, telqa, rimettar, raxx fil-ġilda, eċċ). (3) Trabi iżgħar minn 3 xhur bid-deni għandhom jittieħdu l-isptar mill-ewwel. Id-Deni Il-ġisem iżomm it-temperatura stabbli, madwar 36-37˚C, tkun xi tkun it-temperatura fl-ambjent. Meta t-temperatura togħla 'l fuq minn normali jfisser li hemm: (1) infezzjoni; (2) reazzjoni għat-tilqima; jew (3) it-tarbija tkun xotta jew msaħħna żżejjed. Is-snien ma jtellgħ...