Posts

Showing posts with the label Ethics

Etika Medika

Image
Ktibt dawn il-prinċipji etiċi, l-ewwel nett għalija nnifsi bħala gwida għall-ħidma medika tiegħi, u jirriflettu t-twemmin evanġeliku li nħaddan. Fl-istess ħin qed nippubblikahom għall-konsiderazzjoni ta ’  sħabi t-tobba, hu x'inhu t-twemmin tagħhom,  għax nemmen li l-valuri evanġeliċi joffru pedament sod għall-prattika medika u jwieġbu għall-aspirazzjonijiet l-aktar profondi tal-kuxjenza umana. It-Tabib Kristjan L-imħabba għandha tkun il-prinċipju u l-motiv ewlieni fil-ħidma tiegħi b’risq il-pazjent u l-familja tiegħu. Kulma nagħmel, nagħmlu minn qalbi, bħallikieku lill-Mule j. Naħdem b’inteġrità u b’sens ta’ kontabbiltà lejn Alla, u għalhekk b’ebda mod ma nieħu vantaġġ mill-fiduċja li l-pazjent juri fija. Nittratta lil kull pazjent b’ekwità u imparzjalità għax fih nara x-xbieha t’Alla . Ma niddiskriminax favurih jew kontrih minħabba l-livell soċjali jew edukattiv, l-età, is-sess, ir-reliġjon, l-etniċità, il-lingwa, il-qagħda ekonomika, diżabilità, jew kwalunkwe ħaġa oħr...

Rispett lejn il-ġenituri

Image
X'irrid ngħallem l-aktar lil uliedi? Jien u marti rridu ngħallmuhom jiktbu, jaqraw, ix-xjenza, l-arti, l-istorja, jieħdu ħsieb saħħithom, ikunu soċjevoli u li jgawdu l-ħajja. Imma fuq kollox irridu ngħallmuhom ir-rispett - rispett lejn Alla u lejn il-ġenituri tagħhom. Jekk infallu hawnhekk inkunu fallejna kompletament. Kif jistgħu l-ġenituri jgħallmu ‘l uliedhom jirrispettaw lil missierhom u lil ommhom? Ir-raġel u l-mara għandhom juru rispett lejn xulxin. Ir-raġel jagħti ġieħ lil martu billi jkellimha b’ġentilezza, mingħajr rabja jew għajjat, u jqisha bħala l-maħbuba tiegħu u mhux qisha xi seftura. It-tfal iridu jisimgħuh jgħidilha grazzi u prosit u kemm iħobbha. Il-mara wkoll trid turi rispett lejn ir-raġel u t-tmexxija tiegħu, mhux tagħmillu l-bsaten fir-roti, imma tikkopera u taħdem id f'id miegħu. Il-ġenituri għandhom jieħdu bis-serjetà r-rwol tagħhom bħala coaches għal uliedhom, u mhux iħalluhom għal rashom u jagħmlu li jridu (x’ħin jorqdu, jistudjaw, jilgħabu, już...

Il-ħajja tal-omm fil-periklu waqt it-tqala

Image
l-abort ġustifikat jekk il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu? Kultant ikun hemm komplikazzjonijiet serji waqt it-tqala. Każ tipiku huwa ectopic pregnancy . Normalment l-bajda tkun fertilizzata fil- fullopian tube u wara l-embrijun jinżel fl-utru fejn ikompli jiżviluppa u jikber. Ġieli jiġri li l-embrijun jeħel fil- fullopian tube . Dan mhux intiż biex isostni t-tqala u għalhekk l-omm tkun fil-periklu ta’ emorraġija interna. X'jagħmel it-tabib f’dawn iċ-ċirkostanzi? It-tabib jopera fuq il- fullopian tube biex jipreveni jew iwaqqaf l-emorraġija. Il-fetu imut waqt l-operazzjoni imma l-ħajja tal-omm tkun salvata. Mill-aspett etiku din il-proċedura hija ġustifikata u neċessarja. Jekk ma jsir xejn il-fetu jmut u l-omm tista’ tmut ukoll; b’intervent kirurġiku l-fetu jmut u l-omm tgħix. Intervent bħal dan m’għandux jissejjaħ abort għax hu għal kollox differenti. L-għan huwa li tiġi salvata ‘l omm u mhux li tinqatel it-tarbija. Bl-intervent jew mingħajru l-fetu se jmut xorta waħ...

Il-Ligi dwar l-IVF

Image
Il-liġi proposta tillimita għal tnejn n-numru ta' embrijuni li jistgħu jiġu trasferiti fl-utru. Mill-perspettiva ta' tabib ta' tfal, dan hu punt posittiv, u tirrifletti wkoll il-prattika f'pajjiżi oħra fejn it-trend illum hija ta' trasferiment ta' embrijun wieħed. Dan għaliex nafu li hemm riskju għoli ħafna għat-triplets jew quads sew ta' mewt u ta' diżabilita'. Jidher ċar li din il-liġi kienet gwidata mill-prinċipju ta' ħarsien u rispett għall-ħajja umana. Il-liġi tipprojbixxi l-iffriżar tal-embrijuni u b'hekk timminimizza l-problemi etiċi u morali. Imma kien hemm prezz x'jitħallas għal dan billi l-effttivita' tal-proċedura hi anqas. Wieħed jittama li bl-avvanzi fix-xjenza tal-oocyte vitrification, jitjiebu wkoll il-prospetti għall-ġenituri bi problema ta' infertilita' li jkollhom tarbija. Ara wkoll hawn u hawn

IVF - Risks to the Babies

Image
In vitro fertilisation (IVF) and other forms of assisted reproductive technology (ART) often result in multiple prenancy (twins, triplets and quadruplets). Multiple pregnancy often ends in preterm delivery and low birth weight (LBW). Rate of Premature delivery/LBW Twins  50% Triplets  90% Mortality and morbidity 25 weeks – 50% mortality; 25% severe disability. 30 weeks – 10% mortality. Perinatal death risk (compared to singleton) Twins  4 Triplets  7 Cerebral palsy (compared to singleton) Twins  5 Triplets  18 The UK Human Fertilization and Embryology Authority (HFEA) restricted the number of embryos that can be transferred in IVF to a maximum of two (with some exceptions). There are no regulations in Malta. Before embarking on IVF, couples should be counselled about the higher risk of death and neuorological problems in these circumstances. Moreover, IVF in Malta should be regulated by legislation to restrict the number of embry...

Mirena

Image
Il-Mirena hi forma ta' kontraċezzjoni popolari u konvenjenti. Tissejjaħ IUS (intra-unterine system) u titqiegħed fl-utru mit-tabib. Taħdem bi 3 modi: (1) il- mucus fis- cervix jibbies u għalhekk ikun diffiċli għall-isperma biex tgħaddi; (2) twaqqaf l-ovulazzjoni f’xi wħud; (3) traqqaq il- lining tal-utru. L-ewwel żewġ effetti huma kontraċettivi (peress li ma jħallux il-fertilizzazzjoni sseħħ). Sfortunatament it-tielet effett huwa abortiv għax ma jħallix l- implantation tal-embrijun. "The IUS releases a progestogen hormone, which is similar to the natural hormone progesterone that's produced in a woman's ovaries. Progestogen thickens the mucus from the cervix (opening of the womb), making it harder for sperm to move through it and reach an egg. It also causes the womb lining to become thinner and less likely to accept a fertilised egg. In some women, the IUS also stops the ovaries from releasing an egg (ovulation), but most women will continue to o...