Posts

Showing posts with the label Fidi

Etika Medika

Image
Ktibt dawn il-prinċipji etiċi, l-ewwel nett għalija nnifsi bħala gwida għall-ħidma medika tiegħi, u jirriflettu t-twemmin evanġeliku li nħaddan. Fl-istess ħin qed nippubblikahom għall-konsiderazzjoni ta ’  sħabi t-tobba, hu x'inhu t-twemmin tagħhom,  għax nemmen li l-valuri evanġeliċi joffru pedament sod għall-prattika medika u jwieġbu għall-aspirazzjonijiet l-aktar profondi tal-kuxjenza umana. It-Tabib Kristjan L-imħabba għandha tkun il-prinċipju u l-motiv ewlieni fil-ħidma tiegħi b’risq il-pazjent u l-familja tiegħu. Kulma nagħmel, nagħmlu minn qalbi, bħallikieku lill-Mule j. Naħdem b’inteġrità u b’sens ta’ kontabbiltà lejn Alla, u għalhekk b’ebda mod ma nieħu vantaġġ mill-fiduċja li l-pazjent juri fija. Nittratta lil kull pazjent b’ekwità u imparzjalità għax fih nara x-xbieha t’Alla . Ma niddiskriminax favurih jew kontrih minħabba l-livell soċjali jew edukattiv, l-età, is-sess, ir-reliġjon, l-etniċità, il-lingwa, il-qagħda ekonomika, diżabilità, jew kwalunkwe ħaġa oħr...

Id-dmugħ tal-fidi

Image
Għaliex il-mard, l-uġigħ u l-mewt? Ladarba tista’ kollox, tant int ħanin u twajjeb, għaliex, Mulej, tibqa’ ma tfejjaqx? Forsi ma tismax il-karba tal-marid, jew ma tarax id-dmugħ fuq ħaddejh? Ħallieq is-sema u l-art, lilna sawwartna fi xbieha tiegħek, stedintna ngawdu xirka miegħek, 'ma wissejtna bis-sħiħ li d-dnub iġib il-mewt. Ah, x'ħasra: l-ewwel ġenituri tagħna m'emmnukx u m'obdewkx; l-istess aħna, bi dnubietna, inkomplu nirribellaw kontra min għamilna. Mhux għalhekk illum madwarna minflok il-ġnien sabiħ tal-bidu, naraw għollieq, nixfa u taħsir? Fadal ħjiel mis-sbuħija tal-Għeden biex ifakkarna fit-tjieba ħelwa tiegħek. Imma issa l-ferħ imħallat bin-niket, mas-saħħa, il-mard, mal-ħajja, il-mewt — biex ma ninsew qatt kemm hu ikraħ id-dnub f’għajnejk u kemm hu morr il-frott tiegħu. Kont wissejtna fil-bidu, u terġa’ twissina llum: Jekk nibqgħu bla ndiema, hemm tbatija agħar, l-infern, in-nar li ma jintefiex. Għallimni, Mulej, il-biża’ tiegħek...

Ninkoraġġixxu lil uliedna

Image
It-tfal għandhom bżonn l-inkoraġġiment u l-approvazzjoni tal-ġenituri tagħhom. Sfortunatament aħna l-ġenituri sikwit niżbaljaw, u minflok nibnuhom, naqtgħulhom qalbhom. Ktibt din lista ta' żbalji komuni li nagħmlu ma' wliedna, bl-għan li nagħrfu ninbiddlu u nwettqu aħjar ir-rwol tagħna bħala ġenituri. Dixxiplina Stretta Hemm ġenituri li jmexxu bl-id tal-ħadid. Jikkmandaw b’mod kapriċċjuż u selvaġġ. "Itfi t-television issa!" (Jaħasra l-istorja kien għoddha spiċċat! Mhux aħjar tgħidlu, "Sabiħ, kif tispiċċa l-istorja, itfi t-television"?). Meta l-ġenituri jkunu riġidi magħhom, it-tfal iħossu li m’humiex stmati b’mod ġust, li l-volontà tagħhom hi misħuqa. Dixxiplina bla ħniena u goffa tixbaħ ħabs, minflok iċ-ċint ta’ fuq il-bejt maħsub għall-ġid u l-ħarsien tiegħek. It-tfal għandhom iħossuhom maħbubin dejjem, speċjalment meta jkunu dixxiplinati. Dixxiplina Laxka Fuq l-estrem l-ieħor, xi ġenituri jitilqu r-riedni u jħalluhom jagħmlu kulma jridu. Kontroll ta' ...

Ir-rwol tal-missier fit-trobbija tat-tfal

Image
It-tfal għandhom bżonn lil ommhom u għandhom bżonn lil missierhom ukoll. Il-missier jitlef il-ġost ta’ relazzjoni sabiħa ma' wliedu jekk jaħdem daqs bagħal għall-familja u ma jqattax ħin magħhom. It-tfal jitilfu l-influwenza unika fl-iżvilupp u fil-karattru tagħhom jekk ma jkollhomx relazzjoni sinifikanti ma’ missierhom. Mhux fl-interess tat-tfal li jkunu l-ħin kollu taħt djul ommhom, u ma jkunux kapaċi jirrelataw ma’ missierhom, nanniet, u nies oħra. Minn qalbi nħeġġeġ lill-missierijiet biex jorganizzaw it-timetable tagħhom u jinkludu ħin ddedikat għal uliedhom. Naf li kulħadd imħabbat bix-xogħol (jien ukoll). Imma jeħtieġ insibu ħin biex nilgħabu, nitkellmu, niddiskutu u noħorġu mat-tfal tagħna. Bħala familja. U weħidna wkoll (il-missier mat-tifel jew tifla weħidhom, mhux mal-omm ukoll). L-opportunità li nibnu relazzjoni tajba ma' wliedna tgħaddi bħal żiffa riħ. Aħna l-missirijiet irridu nagħtu sehemna fl-edukazzjoni ta' wliedna - ngħinuhom fil-homework, nistaqsuhom fuq...

It-tarbija fil-ġuf jistħoqqilha mħabba

Image
Jien nemmen li t-tarbija fil-ġuf jistħoqqilha kull rispett, protezzjoni u mħabba, u mhux is-sikkina tal-abort, għal tlett raġunijiet... 1. Bħala tabib mediku naf li tarbija fil-ġuf hi ħajja umana Ix-xjenza tgħallimna li l-ħajja umana, mnissla mill-omm u l-missier, tibda mal-konċepiment. Meta b’ultrasound nittawlu fil-ġuf, anki ftit ġimgħat wara l-konċepiment, naraw ir-ras, il-ġisem, id-dirgħajn u r-riġlejn jiċċaqilqu, naraw il-moħħ u l-qalb tħabbat. Din hi tarbija, bid-DNA, blood group, u fingerprints tagħha. Ejja nkunu ċari: meta nitkellmu dwar l-abort, qed nitkellmu dwar il-qtil ta’ ħajja umana, il-qtil ta’ tarbija! Kull tabib hu msejjaħ biex ijħares il-ħajja, mhux joqtolha. Għalhekk jien kontra l-abort. 2. Bħala bniedem jien għandi sens ta’ ġustizzja Jien għandi dritt għall-ħajja. Ma rridx min jagħmilli ħsara jew joqtolni intortament, u allura jien m'għandix nagħmel ħsara lil ħadd. Kif nixtieq li ħaddieħor jirrispetta d-drittijiet tiegħi, jien għandi l-obbligu nirrispetta d...

Ara ma ttajjarx sebghek

Image
Waħda mara tajret subgħajha. Laqtitu b'tant goffaġni illi fformatilha ċappa demm li telgħet għal moħħha u qatlitha! Tassew, mhux kuljum imutu n-nies għax itajru subgħajhom, iżda din l-istorja tfakkarna kemm ħajjitna hi faġli u li kwalunkwe persuna, anki jien u inti, tista' tmur id-dinja l-oħra ħabta u sabta. Imma għaliex? Din hi l-mistoqsija tant kruċjali! Għaliex qed ngħixu? Għaliex il-ħażen? Għaliex immutu? X'jiġrilna wara l-mewt? Ħabib, lest li taħseb daqsxejn dwar il-mistoqijiet il-kbar tal-ħajja ... qabel ittajjar sebgħek? Nistiednek: 1. Taqra l-ktejjeb online, bl-Ingliż: Don't Stub Your Toe . Link . 2. Taqra l-istess ktejjeb, bil-Malti: Ara Ma Ttajjarx Sebgħek . Jekk jogħġbok għaddili ismek u l-indirizz b'SMS fuq 79551446, u tirċivih b'xejn bil-posta.

Kif nixtieq li wliedi jiftakruni

Image
It-tfal jikbru malajr wisq. L-opportunità li nkun missier tajjeb għal uliedi hi llum. Għada jtiru mill-bejta jew nitlaq jien mid-dinja. X'memorji se jieħdu magħhom? Jien nixtieq li meta jiftakru fija, it-tfal jgħidu, "Il-Pa kien ... Iħobb 'l martu  |   U kien jesiġi li aħna wkoll nirrispettaw lil ommna. Iħobb il-familja | Kien ikun regolarment magħna fuq il-mejda tal-ikel, nistudjaw, nilgħabu, naqraw, il-knisja, noħorġu, inpinġu, nidħku, nsiefru u nitkellmu flimkien. Aħna konna l-mimmi t’għajnejh. Jgħallimna  |   Bl-eżempju u l-kelma tiegħu, l-Pa għallimna valuri morali u spiritwali tajbin, u perspettiva xierqa għall-ħajja. Jiddixxiplinana  |   Kien sod meta jwiddibna imma ma kienx aħrax. Meta tana kastig kien ġust, għall-ġid tagħna u fuq kollox għax kien iħobbna. Jinkoraġġina | Emmen fina u kien jistenna li nagħmlu ħilitna u naħdmu mill-qalb. Anki fil-fallimenti tagħna, kien il-wens u l-kuraġġ biex nerġgħu nqumu fuq saqajna.  Jismagħna ...

Rispett lejn il-ġenituri

Image
X'irrid ngħallem l-aktar lil uliedi? Jien u marti rridu ngħallmuhom jiktbu, jaqraw, ix-xjenza, l-arti, l-istorja, jieħdu ħsieb saħħithom, ikunu soċjevoli u li jgawdu l-ħajja. Imma fuq kollox irridu ngħallmuhom ir-rispett - rispett lejn Alla u lejn il-ġenituri tagħhom. Jekk infallu hawnhekk inkunu fallejna kompletament. Kif jistgħu l-ġenituri jgħallmu ‘l uliedhom jirrispettaw lil missierhom u lil ommhom? Ir-raġel u l-mara għandhom juru rispett lejn xulxin. Ir-raġel jagħti ġieħ lil martu billi jkellimha b’ġentilezza, mingħajr rabja jew għajjat, u jqisha bħala l-maħbuba tiegħu u mhux qisha xi seftura. It-tfal iridu jisimgħuh jgħidilha grazzi u prosit u kemm iħobbha. Il-mara wkoll trid turi rispett lejn ir-raġel u t-tmexxija tiegħu, mhux tagħmillu l-bsaten fir-roti, imma tikkopera u taħdem id f'id miegħu. Il-ġenituri għandhom jieħdu bis-serjetà r-rwol tagħhom bħala coaches għal uliedhom, u mhux iħalluhom għal rashom u jagħmlu li jridu (x’ħin jorqdu, jistudjaw, jilgħabu, już...

Il-ħajja tal-omm fil-periklu waqt it-tqala

Image
l-abort ġustifikat jekk il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu? Kultant ikun hemm komplikazzjonijiet serji waqt it-tqala. Każ tipiku huwa ectopic pregnancy . Normalment l-bajda tkun fertilizzata fil- fullopian tube u wara l-embrijun jinżel fl-utru fejn ikompli jiżviluppa u jikber. Ġieli jiġri li l-embrijun jeħel fil- fullopian tube . Dan mhux intiż biex isostni t-tqala u għalhekk l-omm tkun fil-periklu ta’ emorraġija interna. X'jagħmel it-tabib f’dawn iċ-ċirkostanzi? It-tabib jopera fuq il- fullopian tube biex jipreveni jew iwaqqaf l-emorraġija. Il-fetu imut waqt l-operazzjoni imma l-ħajja tal-omm tkun salvata. Mill-aspett etiku din il-proċedura hija ġustifikata u neċessarja. Jekk ma jsir xejn il-fetu jmut u l-omm tista’ tmut ukoll; b’intervent kirurġiku l-fetu jmut u l-omm tgħix. Intervent bħal dan m’għandux jissejjaħ abort għax hu għal kollox differenti. L-għan huwa li tiġi salvata ‘l omm u mhux li tinqatel it-tarbija. Bl-intervent jew mingħajru l-fetu se jmut xorta waħ...

Halloween

Image
Halloween jaħbat lejlet l-ewwel ta’ Novembru, Jum l-Qaddisin Kollha fit-tradizzjoni Kattolika. Infatti l-kelma ‘halloween’ ġejja minn ‘All Saints Eve’ jew ‘All Hallows Eve’ (‘hallow’ hi kelma qadima li tfisser ‘saint’). Halloween joriġina fis-superstizzjonijiet pagani fl-Irlanda, kif ukoll fit-tradizzjonijiet kattoliċi bikrin intenzjonati biex jieħdu post il-festa pagana. It-tfal jieħdu gost jilbsu l-maskri u l-kostumi jiġru minn dar għal dar ‘trick or treat’. Ngħid il-verità ma nifhimx kif tista’ tiċċelebra dak li minnu nnifsu huwa ikrah u makabru, u wisq anqas ix-xitan, l-iħirsa, l-iskeletri u l-mewt. Jekk inkunu onesti nammettu li dawn m’humiex affarijiet sbieħ. Forsi niċċajtaw bihom biex naħarbu l-biża’ li kull wieħed minna nħossu quddiem ir-realtà kerha tal-mewt. Il-qabar jimmarka t-tmiem tal-ħajja qasira tagħna fuq din l-art. Dan ibeżżgħana. Aktar minn hekk ibeżżgħana l-prospett li wara l-mewt għad nidhru quddiem Alla għall-ġudizzju u l-kastig tal-infern. Inutli nipro...

Tiltewa kull irkoppa

Image
Daqqet il-qanpiena tal-bieb. “Qed inqassmu kotba fuq il-Bibbja,” qaltli minn fuq intercom. Jehovah Witnesses. Kull meta nitkellem magħhom inħoss demmi jagħli għax ma niflaħx nisma' min jiddiżonora lil Sidna Ġesù  u jnneżżgħu mill-glorja Divina tiegħu. Sakemm inżilt it-taraġ ftakart fi Francis Shaeffer, il-filosfu Kristjan. Darba minnhom, qabel laqgħa ma’ wieħed ateist, Shaeffer talab ‘l Alla li jekk lil dan il-bniedem ma jikkonvinċih fuq xejn, tal-anqas jdewwqu ftit mill-imħabba ta’ Kristu. Tlabt l-istess, u b'attitudni ta' ħniena, ftaħt il-bieb. Kien hemm żewġ nisa, sellimtilhom u stedinthom jidħlu ġewwa. Tkellimna. Smajthom, weġibthom u staqsejthom b’umiltà u rispett. Qabel telqu ħallejthom b'dan il-ħsieb. “Aħna għandna nilwu rkopptejna biss quddiem Alla, kif jgħid hu stess li m’hemmx Alla ieħor għajru u li kull irkoppa tiltewa lejh. (Isaija 45:22-23). Ladarba intom ma temmnux li Ġesù hu Alla, intom ma tqimuhx billi tinżlu għarkopptejkom quddiemu, hux tassew?...

Meta Tarbija tmur il-Ġenna

Image
Ma nafx jekk hemmx weġgħa akbar milli jħossu l-ġenituri meta jitilfu lil xi ħadd minn uliedhom. B'dawn il-kliem irrid nuri solidarjetà mal-ommijiet u missirijiet, flimkien mal-qraba, li xi darba tilfu tarbija fit-tqala jew wara t-twelid. TALBA Inżilt, Mulej, itterraq f’dal-wied ta’ xewk w għollieq u għajr dil-fjura ċkejkna ma sibtx ħlief għali w diq. X’mort tagħmel, le, jaħasra: dil-fjura la tmisshiex, għada ma fetħitx sewwa; tlabnik ma taqtagħhiex. Illum f’darek titgħaxxaq bl-isbaħ minn fost il-fjur, ħares sewwa nitolbok, iflieha sew Sinjur... Dawk il-ġawhriet tan-nida fuq il-petali, qtar, dawk t’ommha u missierha xejn għajr demgħat ta’ mrar. TAMA MILL-KELMA T'ALLA IL-JIEM TAL-ĦAJJA TAT-TARBIJA HUMA F’IDEJN IL-MULEJ Għajnejk raw minn xiex jien sirt, għalkemm jien kont għadni bla forma; u fil-ktieb tiegħek kienu kollha miktuba l-jiem iddestinati għalija, meta ebda wieħed ma kien għad hemm. Salmi 139:13-16. L-ISPIRTU TAT-TAR...

Adozzjoni tat-Tfal

Image
Id-diskussjoni dwar l-adozzjoni għandha tkun iffukata fuq it-tfal u mhux fuq ‘id-drittijiet’ tal-adulti, sew jekk huma miżżewġin, f’unjoni ċivili jew persuni weħidhom. Ħadd m’għandu d-dritt sagrosant li jaddotta t-tfal; huma t-tfal li għandhom id-dritt tal-aħjar trobbija possibbli. Huwa stramb kif il-liġi li qed tiġi diskussa fil-parlament se tagħti d-dritt tal-adozzjoni lil koppja f’unjoni ċivili meta l-liġi taż-żwieġ ma ssemmi xejn fuq hekk. Jien naħseb li l-adozzjoni għandha tkun diskussa separatament u regolata b’liġi apposta biex l-ewwelnett tħaffef il-proċess tal-adozzjoni u biex tħares l-aħjar interessi tat-tfal. It-tfal għandhom bżonn jitrabbew f'atmosfera ta' mħabba. It-tfal jeħtieġu wkoll l-influwenza u l-affezzjoni tal-papà u tal-mamà. Fil-qiegħ ta’ qalbna lkoll hekk nixtiequ. L-importanza tal-missier u tal-omm flimkien fit-trobbija tat-tfal għandha tkun meqjusa bħala prinċipju ewlieni fil-liġi tal-adozzjoni. Għaldaqstant waqt il-proċess tal-adozzjoni l-ewwel...

L-għożża tal-Missier għal uliedu

Image
Sabiħa wisq ir-rabta ta' missier ma' wliedu. Sfortunatament mhux kulħadd kellu x-xorti li jitrabba fl-għożża ta' missieru. Forsi minħabba mewt jew separazzjoni, jew attitudni goffa u ħarxa tal-missier, jew għax il-missier twarrab mill-ħajja ta' wliedu għax kellu ħwejjeġ aktar "importanti" x'jagħmel. Madankollu kulħadd jista' jgawdi minn imħabba paterna li tisboq bil-wisq kull relazzjoni umana ... għax kull wieħed u waħda minna nistgħu mmorru għall-wens t'Alla l-Missier! Dawk kollha li jemmnu fi Kristu huma wlied addottivi tiegħu, u jistgħu jsejjħulu, "Abba, Missier." Darba t-tifel qam imwerwer bil-lejl jgħajjatli. Sibtu fil-kamra tiegħu bilqiegħda fis-sodda. "Papà," qalli imbikkem, "kelli ħolma kerha." "Trid tgħidli x'kienet jew trid tinsieha?" staqsejtu. "Irrid ninsieha," weġibni. "Ftakar John li dik kienet ħolma, mhux ta' veru, u li issa hawn il-papà ħdejk." Għann...

Ktieb: X'Jimportani minn Ġesù?

Image
Dan l-aħħar kien ippubblikat it-tieni edizzjoni bil-Malti ta' ktieb 'Why Bother with Jesus?' miktub minn Michael Green u miġjub għall-Malti minn Paul Mizzi. Kulħadd jista' jibbenefika minn dan il-ktejjeb, imma speċjalment dawk li m'humiex is-soltu jaqraw kotba reliġjużi. Mhux jirriklama xi reliġjon partikolari, imma lill-Mulej Ġesù Kristu, għax fih nistgħu nsibu l-milja tal-ħajja. Meta fis-suq issib għażla ta’ qabda reliġjonijiet differenti, għalfejn Ġesù Kristu hu hekk speċjali? ‘Dawn huma wħud mill-ħwejjeġ li nfittex f’fidi li tkun kapaċi ssostnini matul ħajti u meta nasal wiċċ imb wiċċ mal-mewt,’ jgħid Michael Green. ‘Trid tkun vera, relevanti u kapaċi tibdel il-ħajja u soċjetajiet sħaħ. Jeħtieġ tkun tissodisfa l-bżonnijiet l-iżjed profondi ta’ rġiel u nisa u trid tkun applikabbli b’appell ugwali għan-nies kollha kullimkien.’ X’Jimportani minn Ġesù? jikkonsidra tnax-il raġuni għala Ġesù jgħaddi t-testijiet ta’ fidi li tkun denja tgħix biha. Jekk tixt...

Meta tmut kull tama

Image
Fir-rakkont storiku tad-difna ta’ Ġesừ niltaqgħu ma’ żewġ gruppi ta’ nies; il-ħbieb u l-għedewwa tiegħu. Għal ħbiebu kien mument ta’ sobgħa u qtugħ ta’ qalb. Id-difna hi l-mument meta r-realtà tal-mewt tinħass bil-qawwa kollha. L-Imgħallem li tant kienu jħobbu ma kienx għadu magħhom aktar. Fid-dwejjaq tagħhom ma kienux jirrealizzaw kemm kellu jkun qasir il-luttu tagħhom. Marija ma kienitx se ddum wisq tibki ħdejn il-qabar. Ġużeppi kellu jsellef il-qabar lil Ġesừ għal ftit jiem biss. Il-biki tagħhom kellu jinbidel f’ferħ, u d-disprament tagħhom, bħan-nida ta’ filgħodu, kellu jevapora fix-xejn fir-raġġi sħan tax-xemx fiż-żernieq.

X’wegħdna Alla fl-Evanġelju?

Image
Li nkunu dejjem b’saħħitna? Li nkunu sinjuri? Garanzija ta’ prosperità? Le. Mhux fuq din l-art. Alla berikna matul ħajjitna bis-saħħa fiżika għalkemm kellna wkoll is-sehem tagħna ta’ mard, u fil-futur nistennew aktar problemi hekk kif ġisimna jkompli jintemm u jitħassar. Alla tana wkoll x'nieklu, x'nilbsu u saqaf fuq rasna. Hemm fostna min hu aktar u min hu anqas sinjur. Hemm ukoll miljuni ta’ Nsara mad-dinja li m’għandhomx għaxja ta’ lejla. Lil dawn Alla jħobbhom daqs kemm iħobb lilna. Taf x’wegħdna Alla fl-Evanġelju? Li jagħtina l-Ħobż ħaj tas-sema - lil Ibnu Ġesù! Din hi l-wegħda tal-Evanġelju! L-aħwa, jekk għandna lil Ġesù ma jonqosna xejn – għax fih għandna l-maħfra, il-ħbiberija m’Alla, u l-wegħda tal-ħajja eterna. Dakinhar jixxotta kull demgħa min għajnejna; dakinhar nimxu fit-triqat dehbija tas-sema; dakinhar narawh wiċċ imb'wiċċ u ngawdu kommunjoni intima miegħu għal dejjem. Din hi l-prosperità tassew li għandna fi Kristu. Sadanittant nidħqu u nibku, ...

Agħtina l-Ħobżna ta’ Kuljum

Image
Kulħadd ikollu xi ħaġa tinkwetah. Jien għandi tiegħi; inti probabbli għandek xi inkwiet ukoll. Mhux dejjem nistgħu nevitaw il-problemi, imma l-effett tal-problemi fuqna u kemm ikidduna jiddependi ħafna mill-attitudni li nieħdu. Meta konna żgħar ma konniex ninkwetaw fuq x’se nieklu jew x’se nilbsu. Il-ġenituri kienu jipprovdulna għall-bżonnijiet tagħna. Jekk inkunu morda, iġibulna t-tabib; jekk tonqsona xi ħaġa, jixruhielna; jekk inkunu bil-ġuħ, immorru mal-mejda, u l-mamà ġġibilna l-ikel. It-tfal m’għandhomx bżonn jinkwetaw għax jiddependu fuq l-ġenituri tagħhom. Il-Mulej iridna nħarsu lejn Alla Missierna fis-smewwiet u nafdaw fih għall-ħobżna ta’ kuljum. Darba minnhom Ġesu qalilna, ‘Min hu dak il-bniedem fostkom, li jekk ibnu jitolbu ħobża, jagħtih ġebla? Jew jekk jitlob ħuta, jagħtih serp?’ Ġesu jkompli, ‘Jekk intom mela, li intom ħżiena tafu kif tagħtu għotjiet tajba lil uliedkom, kemm iżjed Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil dawk li jitolbuh?’ (Mattew 7:...

Ħerqana biex Niltaqgħu Miegħu

Image
Din il-ġimgħa kont Milan għal konferenza fuq l-infezzjonijiet fit-tfal. Immissjathom lil marti u lil uliedi ... u huma immissjawni wkoll. Dakinhar li kont ġej lura, Betty qalet lil ommha, 'Mamà ejja mmorru l-iskola biex wara mmorru għall-papà l-airport.' Kellha ħerqa biex tmur l-iskola għax kienet taf li wara se tiġi tiltaqa' miegħi. Hekk hi l-ħajja tan-Nisrani. Ix-xewqa tagħna hi li niltaqgħu u nkunu mal-Mulej li tant inħobbu. Imma qabel niltaqgħu miegħu jeħtieġ mmorru 'l-iskola' tal-ħajja biex nitgħallmu nobduh, nħobbu, nafdaw u nittamaw fih. Għalhekk l-Iskrittura tgħid li aħna l-Insara qed 'nistennew dik it-tama mbierka, u d-dehra glorjuża t’Alla l-kbir, u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu li ta lilu nnifsu għalina, biex jifdina minn kull ħażen, u jnaddaf għalih innifsu poplu, li hu tiegħu, imħeġġeġ għall-opri tajba. (Titus 2:13, 14). Nistennew mhux b'idejna fuq żaqqna imma mħeġġin biex nagħmlu t-tajjeb u l-ġid lill-oħrajn, għax f'kemm ilni ngħi...

Jum l-Omm

Image
Illum niftakru f’wieħed mill-isbaħ rigali li tana Alla – l-imħabba u l-għożża tal-omm. Għandi tifkiriet mill-isbaħ ta’ ommi. Il-Ma ħadet tant paċenzja bija u fisditni wkoll, għala le? Nosserva wkoll kemm tagħmel sagrifiċċji marti Joanne lejl u nhar; tinsa lilha nnifisha biex tieħu ħsieb lit-tfal. Illum napprezza ftit aktar il-qalb tenera u ħanina tal-omm. Meta Ġesù ġie fid-dinja huwa wkoll daq it-tjieba u l-ħlewwa ta’ ommu Marija, u kien jonorha u jgħożżha sal-aħħar siegħa ta' ħajtu. Darba minnhom, Ġesù medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal, “Dawn, araw, huma ommi u ħuti” (Mattew 12:46-50). Lilna li nobdu lil Alla, id-dixxipli tiegħu, Ġesù jgħoddna bħala ħutu; aktar minn hekk Ġesù jqisna bħala ommu! Bl-istess mod li weġġaħ lil ommu, hekk ukoll il-Mulej Ġesù jgħożż lil dawk kollha li jemmnu fih! Inkredibbli!