Jum l-Omm


Illum niftakru f’wieħed mill-isbaħ rigali li tana Alla – l-imħabba u l-għożża tal-omm.

Għandi tifkiriet mill-isbaħ ta’ ommi. Il-Ma ħadet tant paċenzja bija u fisditni wkoll, għala le? Nosserva wkoll kemm tagħmel sagrifiċċji marti Joanne lejl u nhar; tinsa lilha nnifisha biex tieħu ħsieb lit-tfal. Illum napprezza ftit aktar il-qalb tenera u ħanina tal-omm.

Meta Ġesù ġie fid-dinja huwa wkoll daq it-tjieba u l-ħlewwa ta’ ommu Marija, u kien jonorha u jgħożżha sal-aħħar siegħa ta' ħajtu.

Darba minnhom, Ġesù medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal, “Dawn, araw, huma ommi u ħuti” (Mattew 12:46-50).

Lilna li nobdu lil Alla, id-dixxipli tiegħu, Ġesù jgħoddna bħala ħutu; aktar minn hekk Ġesù jqisna bħala ommu! Bl-istess mod li weġġaħ lil ommu, hekk ukoll il-Mulej Ġesù jgħożż lil dawk kollha li jemmnu fih! Inkredibbli!