Id-"duda" tat-tifel



Meta t-tfal subien ikunu għadhom żgħar, il-ġilda li tgħatti r-ras tal-pene (il-prepuzju, foreskin) tkun għadha mwaħħla mar-ras. Dan huwa normali.

Maż-żmien, il-ġilda tinfired bil-mod mir-ras tal-pene. Kultant tibda tixxammar meta t-tifel ikollu xi sena, imma sikwit dan iseħħ diversi snin wara, u kultant anke fl-adolexxenza. Dan huwa kollu normali; it-tfal mhux kollha l-istess.

Meta dan iseħħ, il-ġilda tkun tista’ tixxammar faċilment u mingħajr ebda uġigħ.

Sadanittant tipprovax ixxammar id-duda bi sforz, għax tista’ tikkawża uġigħ, dmija u ġrieħi, u ma tirbaħ xejn; anzi, aktar hemm ċans li toħloq problemi.

Pariri Prattiċi
  • Id-duda tat-tarbija u tat-tfal żgħar m’għandhiex bżonn xi kura speċjali. M’hemmx għalfejn tnaddaf fuq ġewwa sakemm tkun għadha ma tixxammarx.
  • Meta l-ġilda tkun bdiet tixxammar, għallem lit-tifel biex jikxef ir-ras, jaħsilha bl-ilma u, wara, jerġa’ jgħattiha. Normalment m’hemmx bżonn sapun taħt il-ġilda; bl-ilma biss biżżejjed.
  • Ara li t-tifel itajjar il-pipì sewwa meta jkun għadu tarbija tat-twelid. Jekk il-pipì dejjem toħroġ bil-mod, bħal tqattar, kellem lit-tabib għax jista’ jkun hemm djuq fil-passaġġ tal-pipì.
  • Kelllem lit-tabib jekk ikun hemm ħmura, nefħa, materja jew uġigħ fid-duda, jew jekk tintefaħ meta jagħmel il-pipì.
  • Jekk il-ġilda tixxammar u teħel wara r-ras tal-pene, u ma tkunx tista’ terġa’ tmur lura f’postha, din tissejjaħ paraphimosis u hija emerġenza medika. Ħu lit-tifel l-isptar minnufih.
  • Kellem lit-tabib jekk sa żmien l-adolexxenza l-ġilda tkun għadha ma tixxammarx, speċjalment jekk ikun hemm uġigħ, infjammazzjoni jew diffikultà waqt l-awrina.
Aktar Tagħrif
  • Tight foreskin: link
  • Circumcision in boys: link
  • Penis and foreskin care: link