It-Tilqima tal-HPV


Il-Virus

HPV (human papilloma virus) jittieħed minn attività sesswali. Ħafna nies li huma attivi sesswalment jiġu infettati b'dan il-virus. Fortunatament ħafna minnhom ma jkollhomx sintomi. Imma xi wħud jiżviluppaw felul ġenitali (genital warts) u xi nisa jiżviluppaw kanċer tal-għonq tal-utru (cervical cancer). L-HPV jikkawża wkoll kanċer fil-warrani, fil-pene u fil-griżmejn.

It-Tilqima

It-tilqima, Gardasil-9, tipprevjeni infezzjoni minn disa’ forom tal-HPV. It-tilqima tipproteġi kontra l-felul ġenitali kif ukoll il-kanċer tal-għonq tal-utru, u tipi oħrajn ta’ kanċer. Il-protezzjoni ddum fit-tul. It-tilqima ma tagħtix protezzjoni sħiħa kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru u għalhekk xorta waħda għandu jibqa’ jsir screening regolari (pap smear) fit-tfajliet u nisa adulti.

Meta Tingħata

It-tilqima hi mogħtija b’xejn fis-servizz nazzjonali tat-tilqim lit-tfal kollha, subien u bniet, ta’ 12-il sena. Tingħata f’darbtejn, ta’ 12-il sena u sitt xhur wara. It-tilqima tingħata fiċ-Ċentru tas-Saħħa.

It-tilqima qed tingħata wkoll b'xejn lil dawk kollha li twieldu mis-sena 2000 'il quddiem.

Side Effects

Is-side effects jistgħu jinkludu uġigħ, nefħa, ħmura, ħakk, tbenġil u boċċa fejn tingħata t-tilqima. Jista’ jkun hemm ukoll deni jew uġigħ ta’ ras, dardir, sturdament u ħass ħażin.

Fil-Qosor

HPV hu virus komuni li jikkawża cancer aktar tard fil-ħajja adulta. Il-ġenituri jistgħu jipproteġu lil uliedhom permezz tat-tilqima.

Aktar Informazzjoni

  • Fuljett mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar l-HPV bil-Malti - download
  • Leaflet from the Health Department on HPV in Enlish - download