It-Tilqima tal-Influwenza għat-Tfal

Inħeġġeġ lill-ġenituri jagħtu 'l uliedhom it-tilqima tal-influwenza. It-tilqima hi safe u tħarishom milli jimirdu bl-influwenza matul din ix-xitwa.

It-tfal kollha minn 6 xhur 'il fuq huma eliġibbli.

It-tilqima tingħata bħala injezzjoni; din is-sena it-tilqima f'forma ta' sprej mhix disponibbli.

Tfal sa 8 snin, jekk ikunu se jieħdu t-tilqima l-ewwel darba, jingħataw żewġ dożi, b'intervall ta' 4 ġimgħat jew aktar bejn l-ewwel u t-tieni doża. Altrimenti tingħata f'darba.

Is-side effects huma ħfief: ftit uġigħ fejn tingħata t-tilqima, deni u għejja. Is-side effects idumu għal ġuranta jew tnejn. Il-paracetamol itaffi l-uġigħ u d-deni.

It-tilqima tingħata b'xejn f'xi Ċentri tas-Saħħa. Ħu miegħek il-ktejjeb Child's Record Book u l-karta tal-identità tal-ġenitur. Walk-in clinic — m'hemmx bżonn appuntament.

Altrimenti, iċċekkja mat-tabib tat-tfal tiegħek jekk tistax tagħtiha għandu/ha.

Fil-Qosor:

  • Min — It-tfal kollha minn 6 xhur 'il fuq.
  • Ħin — 8:00 a.m. – 5:00 p.m.
  • Fejn — Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal il-Ġdid, Furjana, u Victoria.
  • Meta — Is-Sibt u l-Ħadd biss, mid-9 ta' Novembru sas-7 ta' Diċembru.