Paracetamol u Iboprofen

Nużaw żewġ mediċini ewlenin, paracetamol u ibuprofen, biex nikkontrollaw l-uġigħ u d-deni fit-tfal. L-informazzjoni f'dan l-artiklu hi maħsuba għall-ġenituri biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-uża tajjeb u safe tagħhom.
Regoli ġenerali
- Uża s-siringa jew il-kuċċarina li tiġi mal-mediċina biex tkejjel il-mistura b’mod preċiż.
- Taqbiżx id-doża rakkomandata; tagħtihiex aktar ta’ spiss milli suppost.
- Agħti paracetamol jew ibuprofen jekk huwa verament bżonnjuż. Id-deni huwa r-rispons normali tal-ġisem għall-infezzjoni u għalhekk m’hemmx għalfejn tagħti mediċina sempliċiment biex tniżżel id-deni. Tagħtix paracetamol qabel it-tilqim.
- Il-paracetamol huwa ġeneralment l-ewwel għażla għat-tfal.
- Uża paracetamol jew ibuprofen weħidhom, mhux it-tnejn flimkien. Kultant it-tabib jagħtik parir biex talterna bejniethom, jiġifieri li taqleb minn wieħed għall-ieħor, skont skeda partikolari.
- Il-mediċina tista’ tingħata bħala mistura jew suppożitorji. M’hemmx għażla bejniethom, ħlief għall-prefernza tal-ġenituri.
Il-Paracetamol
Għal Paracetamol 120 mg/ml, il-volum ta’ doża waħda tal-mistura tinħadem hekk:- Jintuża għad-deni u l-uġigħ (eż. uġigħ ta’ ras, griżmejn, widnejn, jew wara t-tilqim). Il-paracetamol ma traqqadx u lanqas tħeddel lit-tfal.
- Jista’ jintuża f’kull età, anke fi trabi tat-twelid.
- Disponibbli bħala likwidu, suppożitorji, pilloli soluble.
- Id-doża hija bbażata fuq il-piż (mhux skont l-età) (15 mg/kg/doża)
Il-piż (kg) x 0.6 = ⬜️ ml
Eż. Tifel jiżen 9 kg:
9 x 0.6 = 5.4 ml → 5 ml
Għal Paracetamol 250 mg/ml (Six Plus)
Il-Piż (kg) x 0.3 = ⬜️ ml
Eż. Tifla ta’ 7 snin tiżen 22 kg:
Għal Paracetamol 250 mg/ml (Six Plus)
Il-Piż (kg) x 0.3 = ⬜️ ml
Eż. Tifla ta’ 7 snin tiżen 22 kg:
22 x 0.3 = 6.6 → 6 ml
Piż (kg) x 0.5 = ⬜️ ml
Eż. Tifel jiżen 9 kg:
- Normalment jingħata kull 4–6 sigħat skont il-bżonn sa massimu ta’ 4 dożi f’24 siegħa
- Tagħtix paracetamol ma’ mediċini oħra li fihom il-paracetamol.
- Doża eċċessiva ta’ paracetamol tista’ tagħmel ħsara serja lill-fwied.
Ibuprofen
Għal ibuprofen 100mg/5mL, il-volum ta’ doża waħda tal-mistura tinħadem hekk:- Jintuża għad-deni, uġigħ u infjammazzjoni (eż. muskoli jew ġogi)
- Adattat għal tfal ’il fuq minn 3 xhur u li jiżnu aktar minn 5 kg.
- Disponibbli bħala likwidu u pilloli
- Id-doża hija bbażata fuq il-piż (10 mg/kg/doża).
Piż (kg) x 0.5 = ⬜️ ml
Eż. Tifel jiżen 9 kg:
9 x 0.5 = 4.5 ml → 4 ml
Għal ibuprofen 200mg/5ml (Six-Plus), il-volum ta’ doża waħda tinħadem hekk:
Piż (kg) x 0.25 = ⬜️ ml
Eż. Tifla ta’ 7 snin tiżen 22 kg:
Għal ibuprofen 200mg/5ml (Six-Plus), il-volum ta’ doża waħda tinħadem hekk:
Piż (kg) x 0.25 = ⬜️ ml
Eż. Tifla ta’ 7 snin tiżen 22 kg:
22 x 0.25 = 5.5 → 5 ml
- Normalment jingħata kull 6–8 sigħa sa massimu ta’ 3 dożi f’24 siegħa
- Tużax ibuprofen jekk it-tifel ikun dehydrated jew għandu l-ażma, jekk mhux bil-parir tat-tabib.
Meta għandek tfittex parir mediku b’urġenza
- Fittex l-għajnuna jekk it-tifel/tifla tiegħek għandu d-deni u jidher marid, mitluq, mgħaxxex, konfuż, nifsu mgħaġġel jew tqil, jew qed jinkwetak. Ukoll, jekk id-deni jippersisti aktar minn tlett ijiem jew il-kundizzjoni tmur għall-agħar. Mur l-isptar jekk tarbija taħt it-3 xhur għandha d-deni.
- Il-paracetamol u l-ibuprofen huma safe meta jintużaw kif suppost. Madankollu, fl-overdose huma perikolużi ħafna! Jekk taħseb li t-tifel ħa jew ingħata overdose ta’ paracetamol jew ibuprofen, ċempel 1774 (Poisons Centre, 8 am to 8 pm) jew mur l-isptar bla telf ta’ żmien.