Mirena



Il-Mirena hi forma ta' kontraċezzjoni popolari u konvenjenti. Tissejjaħ IUS (intra-unterine system) u titqiegħed fl-utru mit-tabib.

Taħdem bi 3 modi:

(1) il-mucus fis-cervix jibbies u għalhekk ikun diffiċli għall-isperma biex tgħaddi;

(2) twaqqaf l-ovulazzjoni f’xi wħud;

(3) traqqaq il-lining tal-utru.

L-ewwel żewġ effetti huma kontraċettivi (peress li ma jħallux il-fertilizzazzjoni sseħħ). Sfortunatament it-tielet effett huwa abortiv għax ma jħallix l-implantation tal-embrijun.

"The IUS releases a progestogen hormone, which is similar to the natural hormone progesterone that's produced in a woman's ovaries. Progestogen thickens the mucus from the cervix (opening of the womb), making it harder for sperm to move through it and reach an egg. It also causes the womb lining to become thinner and less likely to accept a fertilised egg. In some women, the IUS also stops the ovaries from releasing an egg (ovulation), but most women will continue to ovulate" (Intra-uternine systems, NHS, link).

Kull mara għandha dritt tkun taf kif taħdem il-Mirena biex tieħu deċiżjoni informata u skont il-kuxjenza tagħha. Hemm nisa li ma jagħżlux dan il-metodu għax jafu li kultant jista' jkun abortiv.