2 April 2012

Il-laħam aħmar

Kemm għandna nieklu laħam aħmar?

Ħafna laħam aħmar - speċjalment laħam proċessat - iżid ir-rikju ta' mard tal-qalb u cancer. Ir-riċerka turi li aktar ma wieħed jiekol laħam aktar għandu ċans li jmut qabel il-waqt.

Darba jew tnejn fil-ġimgħa tajjeb. Irridu nżidu aktar ħut, tiġieġ, fenek, pulses u lewż. Irridu niskartaw laħam proċessat mimli xaħam saturated u melħ, bħal bacon, luncheon meat, salami, zalzett, sausages u mortadella.

It-tfal żgħar għandhom bżonn jieklu laħam aħmar diversi mqar darbtejn fil-ġimgħa - għax hu l-aħjar sors ta' ħadid u protejina ta' valur għoli. Biex jiekluh, il-laħam irid ikun imsajjar tajjeb (ngħidu aħna stuffat jew fil-brodu, biex jirtab), moist, u jkun mqatta' biċċiet żgħar ħafna (1/2 cm) għax altrimenti jikber f'ħalqhom u ma jibilgħuhx.