Safety: Waqgħat u Korrimenti

Il-walker mhux irrikkmandat. Ħafna tfal weġġgħu serjament bih. Qabel jitilqu jimxu, it-trabi għandhom jitħallew jilgħabu fuq tapit u crawling fl-art. Tħallix it-tarbija weħidha fuq is-sodda, sufan, il-high-chair jew fil-cot bil-ġemb imniżżel. Ipprepara kollox ħdejn in-nappy changer (ħrieqi, wipes, ilbies) qabel tibda, biex ma jkollokx bżonn tħalli lit-tarbija weħidha. Għamel xatba fit-taraġ – kemm fuq kif ukoll isfel. Ara li hemm ċint fuq il-bejt, u poġġaman fit-taraġ , l-landing u l-gallarija. Waħħal ‘corners’ tal-plastic artab mal-kantunieri tal-għamara li jistgħu jolqtu wiċċhom magħha. Tħallix lit-tfal żgħar jilgħabu jew jersqu lejn kitchen equipment u għodda li jaqtgħu. Tħallix is-sikkina fit-tarf tal-mejda, minn fejn it-tfal jistgħu jiġbudha fuqhom.