Safety: Waqgħat u Korrimenti


  • Il-walker mhux irrikkmandat. Ħafna tfal weġġgħu serjament bih. Qabel jitilqu jimxu, it-trabi għandhom jitħallew jilgħabu fuq tapit u crawling fl-art.
  • Tħallix it-tarbija weħidha fuq is-sodda, sufan, il-high-chair jew fil-cot bil-ġemb imniżżel.
  • Ipprepara kollox ħdejn in-nappy changer (ħrieqi, wipes, ilbies) qabel tibda, biex ma jkollokx bżonn tħalli lit-tarbija weħidha.
  • Għamel xatba fit-taraġ – kemm fuq kif ukoll isfel.
  • Ara li hemm ċint fuq il-bejt, u poġġaman fit-taraġ , l-landing u l-gallarija.
  • Waħħal ‘corners’ tal-plastic artab mal-kantunieri tal-għamara li jistgħu jolqtu wiċċhom magħha.
  • Tħallix lit-tfal żgħar jilgħabu jew jersqu lejn kitchen equipment u għodda li jaqtgħu.
  • Tħallix is-sikkina fit-tarf tal-mejda, minn fejn it-tfal jistgħu jiġbudha fuqhom.