CPR għat-Tfal Żgħar
Ara li m’hemmx periklu għalik u għat-tarbija (kurrent elettriku, traffiku, nar jew gassijiet tossiċi). Itfi l-iswiċċ minn mal-ħajt qabel tmiss il-vittma ta’ xokk elettriku.
2 Rispons
Sejjaħ u ċaqlaq id it-tarbija biex tara jekk tirrispondix. Jekk ma jkunx hemm rispons, qiegħed it-tarbija fuq daharha.
3 Għajnuna
Għajjat għall-għajnuna, imma titlaqx minn ħdejn it-tarbija.
(A) |
Iftaħ il-passaġġ ta’ l-arja billi xxaqleb r-ras ftit lura u tgħolli l-geddum.
(B) Breathing
Qiegħed widintek ħdejn imnifsejn it-tarbija: isma’ u ħoss in-nifs, u ħares lejn is-sider biex tara hux tiela u nieżel.
(B) |
Ara jekk hemmx sinjali ta’ ħajja bħal ċaqliq, sogħla jew nifs.
Jekk ma hemm ebda sinjal, ibda 15 chest compressions u 2 nifsijiet.
Il-compressions isiru b’żewġt iswabgħa f’nofs il-qafas tas-sider, u b’forza biżżejjed biex tagħfas is-sider għal terz tal-fond.
Kompli bil-compressions u n-nifsijiet (15:2) sakemm it-tarbija tibda tieħu n-nifs weħida jew tasal l-għajnuna.
(C) |
Ibgħat lil xi ħadd iċempel 112 għall-ambulanza. Jekk qiegħda waħdek, ħu t-tarbija ħdejn it-telefon u kompli CPR. In-numru tal-emerġenża hu faċli tiftakru: one plus one equals two: 1 + 1 = 2.
Ara wkoll: L-Ewwel Ghajnuna ghal Xerqa.