Il-Baby Walker hu Perikoluż

Il-walker ma jgħinx lit-tarbija titgħallem timxi, anzi jista’ jkun ta’ jfixkil l-iżvilupp tagħha.
Mhux biss, il-walker huwa perikoluż għax sikwit wassal għal korrimenti anke fil-preżenza tal-ġenituri, peress li t-tarbija tant tiġri li ma tlaħħaqx magħha biex teħlisha (ngħidu aħna jekk tiġbed xi ħaġa taħraq fuqha jew tinqaleb l-isfel fit-taraġ).
Il-walker mhux irrakkomandat mill-paediatricians. Jekk għandek walker armih. Minfloku uża activity centre li ma jiċċakklaqx jew ħalli lit-tarbija tilgħab f'high chair jew fi play area safe fuq tapit biex titgħallem tpoġġi bilqiegħda, titkaxkar, titla’ bilwieqfa, u eventwalment tibda timxi.
Ara wkoll: Baby Walkers: A Dangerous Choice