Il-gdim tan-nemus
Il-gidma tan-nemusa tikkawża reazzjoni fil-ġilda. Il-ponta tkun ħamra bi ftit nefħa mawarha u ġġelek tħokk. Sikwit ir-reazzjoni fit-tfal tkun akbar milli fl-adulti. Il-ponot jitilqu fi ftit ġranet, għalkemm xi tfal jitilgħulhom ponot akbar u iebsin u jdumu aktar biex ifiequ.
In-nemusa għandha ħabta tigdem għall-ħabta ta’ tlugħ ix-xemx u filgħaxija, speċjalment fis-sajf. In-nemusa Asian Tiger, li saret komuni f’Malta, tigdem matul il-jum.
Prevenzjoni
- Għalaq it-twieqi bi screens tan-nemus.
- Neħħi l-ilma qiegħed qrib id-dar.
- Fid-dar uża repellant vaporizer b'likwidu apposta li jbiegħed in-nemus. Aqra l-istruzzjonijiet fuq il-prodott biex tikkonferma jekk tistax tużah meta hemm tfal żgħar.
- Jekk tuża insect killing spray fid-dar, uża ammont żgħir meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra, u wara iftaħ it-twieqi (bl-insect screen) għall-ventilazzjoni qabel jidħlu n-nies.
- Jekk se toħroġ bit-tfal (speċjalment fl-għabex) libbishom ħwejjeġ ċari u bil-komma twila. Fuq il-ġilda mikxufa applika krema jew sprey tan-nemus (insect repellant). Evita l-wiċċ u l-pala tal-idejn. Aqra sew l-istruzzjonijiet fuq il-prodott. Ġeneralment dawn il-prodotti ma jintużawx fi trabi żgħar.
- Għatti l-cot jew pram tat-tarbija b'net apposta.
- Apparat kontra n-nemus li jaħdmu bil-ħoss m’humiex effettivi.
Kura
- Thokkx għax tista’ tinfetta il-ġilda. Aqta' d-dwiefer tat-tfal qosra.
- Aħsel il-ġilda bl-ilma u s-sapun mill-ewwel.
- Applika faceclot bl-ilma kiesaħ biex tnaqqas il-ħakk.
- It-tabib jista' jiktiblek steroid cream.
- Tapplikax ingwent tal-antibijotiku (peress li l-gidma rari tkun infettata) jekk mhux bil-parir tat-tabib.
Meta Tkellem it-Tabib
- Jiżdied l-uġigħ, in-nefħa tkun kbira, tinfirex il-ħmura jew ikun hemm xi materja.
- Jekk m'intix ċerta li l-ponot huma gdim tan-nemus.
- Ċempel għal ambulanza jew mur mill-ewwel l-emerġenza jekk ikun hemm allerġija qawwija (anaphylaxis) (stordament, telqa, ħass ħażin, nifs batut, raxx u nefħa f'diversi partijiet tal-ġisem). (Anaphylaxis hi rari bil-gidma tan-nemusa imma tista' tiġri bix-xewka tan-naħla).