Il-colic
Madwar 20% tat-trabi jgħaddu minn fażi ta’ ‘colic’ li jibda meta t-tarbija jkollha ġimgħatejn jew tlieta, u jibqa' sejjer sa tlett xhur jew erba'. It-tarbija tibki u teqred għal ħin twil, l-aktar filgħaxija, tiġbed saqajjha ‘il fuq lejn żaqqha, u tkun tidher imdejqa.
Ma nafux eżatt x’jikkawza l-colic avolja bil-Malti ngħidulu biki tal-gass. Huwa aktar probabbli li l-colic huwa fażi ta' maturazzjoni tas-sistema diġestiva f'tarbija sensittiva. It-tarbija bil-colic tibla' ħafna arja meta tibki, u dan tgħaddih bħala gass (però mhux il-gass li qed jikkawża l-biki tal-colic).
Mhux il-biki kollu hu colic. Ara jekk it-tarbija hix bil-għatx, għajjiena, imsaħħna żżejjed jew kiesħa; forsi għandha l-ħarqa maħmuġa jew sempliċement għandha bżonn min iżommha u jfissidha. Il-biki jista' jkun ukoll sinjal ta' mard jew xi infezzjoni.
It-tarbija

M'hemmx metodu wieħed li jikkalma t-trabi kollha. Hemm diversi ħwejjeġ li tista' tipprova biex tiskopri x'inhu l-aħjar għat-tarbija tiegħek.
Sfortunatament il-colic drops u mediċini oħra ftit li xejn jgħinu. L-idea popolari li trid issaħħan it-tarbija sewwa "minħabba l-ġass" hi żbaljata. Is-sħana żejda ma tgħinx u taf tkun perikoluża (riskju ta' cot death). Libbes it-tarbija komda; it-truf tal-idejn l-aħjar li jkunu ftit friski.

Il-ħalib
L-omm għandha tieħu ħsieb saħħitha (tiekol tajjeb, tistrieħ u toħroġ) u tipprova żżomm kalma (ngħidu aħna billi tieħu bajnu jew shower, u ssib ftit ħin għal kwiet weħidha). Jekk tkun għajjiena wisq, mhix torqod biżżejjed u mdejjqa, l-omm ma tkunx tiflaħ għall-biki. Il-familjari jistgħu jgħinu billi jżommu lit-tarbija waqt li l-omm tmur tistrieħ u tieħu ‘break’. L-omm u l-missier għandhom jaqsmu l-ħin bejniethom biex jieħdu ħsieb it-tarbija waqt li qed tibki biex iserrħu lil xulxin.
It-tabib
Huwa sewwa li tkellm it-tabib tat-tfal u ddiskuti miegħu fuq il-colic u x'inhu l-aħjar li jsir.
It-tabib jikkonsidra l-possibilità ta' dijanjosi oħra bħal allerġija għall-proteina tal-ħalib tal-baqra jew acid reflux. Il-kura ta' dawn il-kundizzjonijiet hija differenti.
Jekk it-tarbija jkollha d-deni, il-biki ma jkunx bħal tas-soltu, it-tarbija tkun tidher marida, tirremetti jew tgħaddi d-demm mal-kokò, ħudha mill-ewwel għand it-tabib tat-tfal.
Kelma tal-aħħar
Ftakar li din il-fażi tgħaddi u sa xahrejn jew tlieta l-colic ikun xi ħaġa tal-passat. Il-paċenzja li qed tieħu bit-tarbija tiegħek hi l-akbar espressjoni ta' mħabbtek għaliha.
- Il-ħalib apposta (AC, comfort, sensitive jew HA) jista' jgħin xi ftit. Aqra' sew l-istruzzjonijiet fuq il-prodott - xi wħud minnhom iridu jitħalltu bll-ilma fietel u mhux bl-ilma jaħraq.
- Il-probiotics (Lactobacillus reuteri) jnaqqsu l-colic.
- L-omm għandha bżonn dieta bilanċjata. Naqqas jew elimina l-kaffeina. Jekk qed tredda' u tissuspetta li xi ikel qed iżid il-colic, kellem lill-midwife jew it-tabib tat-tfal.
- Tisqix lit-tarbija iżżejjed. Ġeneralment jridu jgħaddu bejn sagħtejn jew tlieta bejn feed u oħra.
X'tista' tagħmel
- Żomm kalma. Bennen it-tarbija, jew ħaddanha miegħek u ppassiġġa biha, waqt li tkellimha bil-ħlewwa jew tkantala.
- Ipprova sling biex iżomm it-tarbija miegħek.
- Xi trabi jikkalmaw bil-moviment kontinwu ta' swing.
- Xi trabi jħossuhom sikuri jekk tgeżwirhom sewwa ('swaddling' - ara dan il-video), imma oqgħod attenta li ma ssaħħanx it-tarbija żżejjed.
- Ipprova gażaża. Xi trabi jirrifjutawha waqt li oħrajn jikkalmaw biha.
- Poġġi t-tarbija fuq ħoġrok u għorkilha daharha.
- Dawra bil-karozza jew passiġġata barra tagħmel tajjeb lil kulħadd.
- Il-mużika (lullubies) jew ħsejjes (white noise) jistgħu jikkalmaw t-tarbija.
- Kultant it-tarbija ma jkollhiex bżonn aktar stimulazzjoni, imma li tħalliha fil-kwiet u d-dlam biex torqod.