It-tilqima kontra l-pneumococcus
Il-Mikrobu
Il-pneumococcus huwa mikrobu (bacteria) li jista’ jikkaġuna mard serju bħal infezzjoni fil-pulmun (pneumonia), infezzjoni fil-widnejn (otitis media), avvelinament tad-demm (septicaemia) u meninġite (pneumococcal meningitis). Il-meninġite tista’ twassal għal telf ta’ smigħ, aċċessjonijiet, problemi fl-iżvilupp u saħansitra l-mewt. Tfal taħt is-sentejn huma l-aktar suġġetti għall-mard serju minn dan il-mikrobu.
It-Tilqima
It-tilqima (Prevenar-20 jew Synflorix) tipproteġi kontra il-mard ikkaġunati mill-aktar forom komuni tan-pneumococcus. Synflorix (provduta b'xejn mill-gvern) tipproteġi kontra 10 forom tal-pneumococcus; Prevenar-20 tagħti protezzjoni aħjar, għax tilqa' kontra 20 forma tal-pneumococcus, inluż serotype 19A li hu relattivament komuni.
It-tilqima tingħata ta' xahrejn, 4 xhur u 12-il xahar.
Side Effects
Side effect m'humiex komuni. Xi tfal ikollhom ħmura, nefħa u xi uġigħ fejn tingħata t-titqiba jew deni. Xi tfal ikunu ftit imqanżħin, imħeddla jew jonqsilhom l-aptit għal ġurnata jew tnejn. Osserva lit-tifel għal 24 siegħa wara t-tilqima, u ċċekkja t-temperatura jekk tħossu jaħraq. Agħti paracetamol biex tikkontrolla d-deni jew uġigħ; jekk ikun hemm bżonn tista’ tirrepeti d-doża wara 4 sigħat. Fil-każ rari ta’ allerġija, kellem lit-tabib jew ħu t-tarbija l-emerġenza.