It-tilqim kontra l-meningococcus

Raxx fil-gilda li ma jiccarax jista'
jkun l-ewwel sinjal ta' infezzjoni serja.
Fittex ghajnuna medika mill-ewwel.

Il-Mikrobu

Il-meningococcus hu l-mikrobu li jikkawża meninġite u septicaemia (infezzjoni fid-demm) - mard li jista’ jwassal għall-konsegwenzi serji. Il-meningococcus hu l-aktar kawża komuni ta' meninġite u septicaemai fit-tfal. Dan il-mard huwa l-aktar komuni fl-ewwel sentejn tal-ħajja u fl-adoloxxenti. 

Hemm diversi tipi tal-mikrobu meningococcus, l-aktar komuni f’Malta huma il-meningococcus B u l-meningococcus C.

It-Tilqim

(1) Meningococcus A, C, W, Y

It-tilqima jisimha Nimenrix u tingħata b'xejn ta' 3 xhur u 13-il xahar bħala parti mis-servizz nazzjonali tat-tilqim. Tfal ta' kull età li qatt ma tlaqqmu, jistgħu jieħdu t-tilqima fil-privat.

(2) Meningococcus B

It-tilqima jisimha Bexsero u tingħata b'xejn ta' 2, 4 u 12-il xhar bħala parti lis-servizz nazzjonali tat-tilqim. Tfal li qatt ma kienu ħadu t-tilqima kontra l-meningococcus B qabel jistgħu joħduha fil-privat, f'darbtejn. It-tilqima jisimha Bexsero jew Trumenba (għal tfal akbar minn 10 snin).

Dawn it-tilqim jistgħu jingħataw fl-istess ġurnata ma’ tilqimiet oħra. Jekk it-tifel jew it-tifla jkunu morda bid-deni, it-tilqima għandha titħalla għal meta jgħaddilhom.

Dawn it-tilqim ma fihomx il-mikrobu ħaj u bl-ebda mod ma jistgħu jikkaġunaw l-meningite.

Ħafna tfal ma jkollhom ebda side effects; oħrajn jista’ jkollhom ftit uġigħ u nefħa fejn tingħata t-titqiba, jew deni. Dawn is-sintomi jdumu madwar 24 siegħa. Agħti paracetamol jekk it-tfal jkunu mdejjqin bid-deni jew uġigħ. Side effects oħra (alleġija u aċċessjonijiet) huma rari ħafna. Fil-każ tal-Bexsero u Trumenba, it-tabib jista' jagħtik parir li tagħti paracetamol biex tilqa' għad-deni u l-uġigħ.

Il-ġenituri jistgħu jagħżlu li jagħtu t-tilqim tal-gvern kemm fiċ-Ċentru tas-Saħħa jew għand t-tabib tat-tfal tagħhom. It-tilqim huwa b'xejn.


Updated September 2020