Il-Ligi dwar l-IVF

Il-liġi proposta tillimita għal tnejn n-numru ta' embrijuni li jistgħu jiġu trasferiti fl-utru. Mill-perspettiva ta' tabib ta' tfal, dan hu punt posittiv, u tirrifletti wkoll il-prattika f'pajjiżi oħra fejn it-trend illum hija ta' trasferiment ta' embrijun wieħed. Dan għaliex nafu li hemm riskju għoli ħafna għat-triplets jew quads sew ta' mewt u ta' diżabilita'.

Jidher ċar li din il-liġi kienet gwidata mill-prinċipju ta' ħarsien u rispett għall-ħajja umana. Il-liġi tipprojbixxi l-iffriżar tal-embrijuni u b'hekk timminimizza l-problemi etiċi u morali. Imma kien hemm prezz x'jitħallas għal dan billi l-effttivita' tal-proċedura hi anqas.

Wieħed jittama li bl-avvanzi fix-xjenza tal-oocyte vitrification, jitjiebu wkoll il-prospetti għall-ġenituri bi problema ta' infertilita' li jkollhom tarbija.

Ara wkoll hawn u hawn