It-Tilqima tal-Ġidri r-Riħ
Il-Ġidri r-Riħ
Il-ġidri r-riħ (chickenpox, varicella) hi marda komuni fit-tfal. Is-sintomi huma ponot, ħakk, deni u għejja. Ħafna drabi l-marda tkun ħafifa imma taf tkun qawwija ukoll. Tista’ twassal għall-infezzjoni fil-ġilda, infezzjoni fil-pulmun, infjammazzjoni fil-moħħ, u tista’ tħalli l-ġilda tal-wiċċ immarkata u mħaffra. Snin wara jista’ wkoll joħroġ l-ħruq ta’ Sant’ Antnin (shingles). Il-ġidri fil-bidu tat-tqala jista’ jaffettwa l-iżvilupp tat-tarbija, u l-ġidri fiż-żmien tat-twelid jista’ jwassal għall-infezzjoni serja fit-tarbija. (Aktar tagħrif dwar il-marda: link).
It-Tilqima
It-tilqima kontra l-ġidri (Varilrix jew Varivax) hi ‘live attenuated’ – jiġifieri fiha l-virus tal-ġidri r-riħ ħaj, imma mibdul b’mod li ma jikkaġunax il-marda, waqt li jservi biex il-ġisem jipproduċi l-antibodies protettivi. It-tilqima hi effettiva u safe.
Kif Tingħata
L-ewwel tilqima tingħata wara li t-tarbija tagħlaq sena; it-tieni tilqima tista’ tingħata wara 6 ġimgħat jew aktar tard, anke xhur jew snin wara. Tfal akbar u adulti jistgħu jistgħu jieħdu t-tilqima f’żewġ dożi jekk qatt ma kienu ħadu t-tilqima u qatt ma kienu ħargu l-ġidri r-riħ.
It-tilqima m’għandiex tingħata jekk it-tfal ikunu morda bid-deni, jew sakemm ikunu qed jieħdu ċerta mediċina (bħal steroids). Huwa importanti wkoll li jkun hemm intervall ta' 4 ġimgħat jew aktar mit-tilqima tal-MMR.
Side Effects
Ħafna tfal ma jkollhom ebda sintomi wara t-tilqima. Xi wħud iħossu ftit uġigħ jew nefħa fejn tingħata t-titqiba; jista’ wkoll jitla’ d-deni jew joħroġ raxx (sa xahar wara). Problemi serji, bħal allerġija qawwija u aċċessjonijiet, huma rari ħafna. M’hemmx għalfejn jingħata paracetamol jew ibuprofen wara t-tilqima ħlief jekk it-toddler ikun uġigħ jew bid-deni.