Il-bajd, il-Kolesterol u t-Tfal

Il-bajda għandha isem ħażin minħabba li fiha ammont sew ta’ kolesterol. Fil-fatt il-bajda fija madwar 200 mg kolesterol. Huwa rikkomandat li persuna adulta tieħu sa 300 mg kolesterol kuljum. Ikel ieħor li fih ħafna kolesterol huwa l-fwied, seafood u l-laħam tal-papra.

Mill-banda l-oħra il-bajd għandu valur nutrttiv għoli peress li fih ħafna proteina, ħadid u minerali oħra, u vitamina B. Fih ukoll sustanzi oħra, bħall-choline, li jista’ jgħin biex għall-memorja.

Irridu ngħidu wkoll li l-kolesterol fid-demm jogħla l-aktar mix-xaħmijiet saturati u minn trans-fats, u mhux tant minħabba l-kolesterol fl-ikel.

Għalhekk il-bajd jista’ jkun parti mid-dieta tagħna, speċjalment jekk il-livell tal-kolesterol huwa normali. Huwa aktar importanti li nillimitaw ix-xaħmijiet saturati u trans-fats. Fil-prattika dan ifisser:

  • Ixrob ħalib semi-skimmed jew xkumat (fihom l-istess ammont ta’ kalċju).
  • Għażel laħam dejf; neħħi x-xaħam żejjed mil-laħam u l-ġilda tat-tiġieġa.
  • Evita ż-żalżett, salami u l-burgers proċessati peress li fihom ħafna xaħam u melħ.
  • Inkludi l-ħut (speċjalment ħut żejtni bħas-salamun) darbtejn fil-ġimgħa jew aktar.
  • Evita ikel xaħmi bħall-qali, pastries, pastiżżi, crisps, kejkijiet, pasti u ċikkulata.
  • Uża anqas butir u margerina.
  • Uża l-aktar ġobon low fat (bħall-cottage cheese) u biċċa żgħira minn ġobon ieħor.
  • Mal-insalata uża low-fat dressing jew żejt taż-żebbuġa minflok mayonnaise.

It-Tfal

Il-bajda għandna tkun parti mid-dieta tat-tfal, u tista’ tingħata diversi drabi fil-ġimgħa. Importanti li l-bajda tkun msajjra sewwa (iebsa, froġa jew msajjra mal-ikel bħall-imqarrun), minħabba r-riskju ta’ infezzjoni bis-salmonella.

Fil-passatt kien jingħata l-parir li l-bajda tinbeda wara sena minħabba l-allerġija. Ir-riċerka turi li m’hemm ebda vantaġġ li ddum daqshekk biex tintroduċi ikel tant nutrittiv għat-tfal.

Although solid foods should not be introduced before 4 to 6 months of age, there is no current convincing evidence that delaying their introduction beyond this period has a significant protective effect on the development of atopic disease regardless of whether infants are fed cow milk protein formula or human milk. This includes delaying the introduction of foods that are considered to be highly allergic, such as fish, eggs, and foods containing peanut protein. Ara link.

Għalhekk wara li t-tarbija tkun bdiet l-ewwel ikel (puree tal-ħaxix, frott u ċereali), wieħed jista’ jintroduċi wkoll ikel ieħor bħal laħam, ħut, pasta, lentils, jogurt u bajd.