It-Tfal Jeħtieġu lill-Papa' Wkoll
It-tfal għandhom bżonn lil missierhom ukoll.
Il-missier jitlef il-ġost ta’ relazzjoni sabiħa ma' wliedu jekk jaħdem daqs baghal għall-familja u ma jqattax ħin ma’ wliedu.
It-tifel jew it-tifla jitilfu l-input maskil fil-karattru tagħhom jekk ma jkollhomx relazzjoni sinifikanti ma’ missierhom.
Mhux fl-interess tat-tfal li jkunu l-ħin kollu taħt djul ommhom, u ma jkunux kapaċi jirrelataw ma’ missierhom, nanniet, u nies oħra.
Minn qalbi nħeġġeġ lill-missierijiet jorganizzaw it-timetable biex il-ħin ma’ wliedhom ikun priorità. Naf li kulħadd imħabbat bix-xogħol (jien ukoll). Imma jeħtieġ insibu ħin biex nilgħabu, nitkellmu u noħorġu mat-tfal tagħna. Bħala familja. U weħidna wkoll (il-missier mat-tifel jew tifla weħidhom, mhux mal-omm ukoll). Illum, issa l-opportunità!
Lill-ommijiet inħeġġiġhom biex jgħinu lir-raġel jorganizza ħinu u ‘jisforzawh’ biex iqatta’ ħin waħdu mat-tfal.
Meta nagħmel hekk inħoss lit-tfal jersqu u jinġibu aktar lejja. Emozzjoni indeskrivibbli.