L-Apnoea fit-Tfal
L-Obstructive Sleep Apnoea hi kundizzjoni medika fejn it-tfal ikollhom diffikultà fin-nifs waqt l-irqad. Jiġri li waqt li jkunu reqdin il-pajp tan-nifs jidjieq jew jinstadd mill-adenoids u t-tunsilli. Dan iwassal għal nuqqas ta’ ossiġnu u jfixkel l-irqad. Il-ġenituri jindunaw bl-inħir u waqfiet fin-nifs waqt li t-tfal ikunu reqdin.
Madwar 20% tat-tfal jonħru; l-apnoea hi anqas komuni (madwar 2% tat-tfal). L-apnoea hi l-aktar komuni fit-tfal żgħar bejn 3 u 6 snin (fiż-żmien meta jikbru l-adenoids u t-tonsilli).
Il-Kawża
Il-ġenituri jindunaw bl-inħir, diffikultà biex jieħdu n-nifs, u waqfiet fin-nifs waqt l-irqad. Kultant it-tfal bħal donnhom jixirqu. Ma jorqdux sew, iduru ‘l hawn u ‘l hemm fis-sodda, u jippreferu jorqdu b’rashom mgħollija fuq mħadda. Xi tfal jieħdu n-nifs minn ħalqhom.
Matul il-jum it-tfal jistgħu iħossuhom għajjiena, ikollhom imniffsejn misdudin u nuqqas ta’ aptit. Dawn it-tfal jista’ jkollhom problemi ta’ attenzjoni u tagħlim l-iskola, u problemi ta’ imġieba bħal hyperactivity.
Xi wħud minn dawn it-tfal ikollhom infezzjoniet fil-grizmejn u l-imniffsejn ta’ spiss, u jista’ jkollhom ‘glue ear’.
Jista’ jkun hemm effett fuq kemm jikbru u l-iżvilupp, jibqgħu jagħmlu pipi fis-sodda, pressjoni għolja u stress fuq il-qalb.
Testijiet
It-tabib jistaqsi lil ġenituri dwar is-sintomi bil-lejl u matul il-jum, u l-imġieba. It-tabib jiċċekkja jekk l-imniffsejn humiex misdudin, u jeżamina l-ħalq biex jara jekk it-tonsilli humiex kbar. Jista’ jordna ‘sleep study’ li jsir waqt l-irqad biex jitkejjel l-ossiġnu fid-demm, in-nifs u l-attività tal-muskoli.
Il-Kura
It-tfal li jonħru iżda mingħajr problemi oħra, m’għandhomx bżonn ebda kura u ħafna minnhom imorru għall-aħjar weħidhom.
Dieta u eżereċizzju biex jonqos il-piż f’każ ta’ obeżità. CPAP ma jintużax ta’ spiss.
L-operazzjoni tal-adenoids u tunsilli ssolvi l-problema f’madwar 90% tal-każijiet. Kultant ikun hemm bżonn terġa ssir l-operazzjoni għax l-adenoids jerġgħu jikbru. Wara l-operazzjoni it-tfal imorru aħjar fl-iskola u l-imġieba tagħhom, u titjieb il-kwalità tal-ħajja.

- L-adenoids u t-tonsilli kbar (imma mhux kull min għandu t-tonsilli jew l-adenoids kbar ibati minn apnoea).
- L-obesità iżżid ir-riskju ta’ apnoea b’5 darbiet.
- Tfal b’kundizzjonijiet bħal Down’s Syndrome, achondroplasia, u micrognathia għax għandhom il-passaġġ tal-arja dejjaq.
- Allerġija kronika.